Left arrow Mur Lura

Il-Prim Ministru Robert Abela jżur start-up li permezz tal-istampar 3D u materjal riċiklat qed toħloq il-ġebla tal-franka

pr260442
Date Icon 17/03/2026

Il-Prim Ministru Robert Abela żar il-faċilitajiet ta' Ambitious f'Birkirkara, start-up bijoteknoloġika mwaqqfa fl-2022, li ġġib flimkien il-bijoloġija, il-materjal u l-fabbrikazzjoni diġitali permezz ta' sistemi ta' produzzjoni sostenibbli.

Matul iż-żjara, ġie ppreżentat il-proġett Neolithic Futures, li juża skart tal-kostruzzjoni u materjal ieħor bħal arzell biex, permezz tal-istampar 3D, terġa' tinħoloq il-ġebla tal-franka. Għal dan il-proġett il-kumpanija Ambitious qed tikkollabora ma' żewġ kumpaniji lokali li joperaw f'setturi oħra, dik ta' BilVen Ltd li taħdem fis-settur tal-kostruzzjoni u Bacchus Restaurant li topera fl-industrija tal-ikel. Dan kollu juri li setturi differenti jistgħu jaħdmu flimkien biex jinħolqu soluzzjonijiet sostenibbli.

Matul din iż-żjara ġie enfasizzat l-irwol kruċjali tal-istart-ups f'Malta bħala mutur għall-innovazzjoni, li jgħaqqdu r-riċerka, it-teknoloġija u l-industrija biex joħolqu opportunitajiet ġodda. Permezz ta' inizjattivi bħal dawn, qed tissaħħaħ l-ekonomija ċirkolari u qed jitħejja futur dejjem aktar sostenibbli.

Dan il-proġett innovattiv huwa ffinanzjat minn Xjenza Malta permezz tal-programm FUSION: R&I Research Excellence Programme 2024, u huwa allinjat mal-Viżjoni Malta 2050. Dan hekk kif qed jippromwovi trasformazzjoni diġitali, użu aktar effiċjenti tar-riżorsi u żvilupp innovattiv ibbażat fuq l-identità tagħna.

Il-Prim Ministru Robert Abela jżur start-up li permezz tal-istampar 3D u materjal riċiklat qed toħloq il-ġebla tal-franka
Il-Prim Ministru Robert Abela jżur start-up li permezz tal-istampar 3D u materjal riċiklat qed toħloq il-ġebla tal-franka
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow