Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA Il-Gvern jippreżenta emendi li jsaħħu l-Kodiċi tal-Etika u d-dikjarazzjoni tal-assi tal-Membri tal-Kamra tad-Deputati

PR260436
Date Icon 16/03/2026

Wara ħidma fi ħdan il-Gvern u l-Grupp Parlamentari tiegħu, il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma għas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard ippreżenta sett ta’ emendi għall-Kodiċi tal-Etika tal-Membri tal-Kamra tad-Deputati fil-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. 

L-emendi għandhom l-għan li jaġġornaw dan il-Kodiċi għall-ħtiġijiet tal-preżent filwaqt li jgħollu l-istandards mistennija mid-deputati parlamentari. It-tibdil jinkludi wkoll sett ta’ prinċipji li jipprovdu ċarezza lill-membri parlamentari dwar l-imġiba mistennija minnhom.

Minbarra li se jkunu aġġornati l-obbligi tad-deputati tal-Kamra, l-emendi jintroduċu sistema aġġornata ta’ dikjarazzjoni tal-assi u obbligi ġodda biex jiġu indirizzati kunflitti ta’ interess fil-ħidma parlamentari. Għall-ewwel darba se jiġi introdott reġistru tal-interessi u l-obbligi ta’ rappurtaġġ se jiġu estiżi għal kull xogħol Parlamentari. 

L-aġġornamenti proposti għall-Kodiċi tal-Etika tal-Kamra tad-Deputati jieħdu kunsiderazzjoni tal-proposti li saru fuq dan is-suġġett fl-aħħar snin, inkluż mill-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku (OECD), l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika u l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati nnifsu. 

Ir-rappreżentanti tal-Gvern fil-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, il-Ministru Jonathan Attard u s-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni Andy Ellul, iħarsu ’l quddiem għal diskussjoni produttiva mar-rappreżentanti tal-Oppożizzjoni. L-għan tal-Gvern huwa li jilħaq qbil mal-Oppożizzjoni dwar dawn l-emendi importanti u jkompli l-proċess parlamentari dwarhom fil-ġimgħat li ġejjin.

Il-Gvern jibqa’ kommess favur it-tisħiħ tal-etika u l-governanza tajba ġewwa pajjiżna. Din l-aħħar riforma tkompli tibni fuq is-sensiela ta’ liġijiet u inizjattivi li daħħlet din l-amministrazzjoni fl-oqsma kollha tad-demokrazija, partikolarment fil-qasam leġiżlattiv, il-qasam eżekuttiv, il-ģustizzja u l-amministrazzjoni pubblika.

Kopja tal-emendi kif preżentati fil-Kumitat huma mehmuża ma’ din l-istqarrija.

PR260436a.pdf

STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA Il-Gvern jippreżenta emendi li jsaħħu l-Kodiċi tal-Etika u d-dikjarazzjoni tal-assi tal-Membri tal-Kamra tad-Deputati
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow