Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL MALTA SIGURA: Fl-2025 irreġistrata l-anqas rata ta’ kriminalità f’Malta

PR260434
Date Icon 16/03/2026

MALTA SIGURA: Fl-2025 irreġistrata l-anqas rata ta' kriminalità f'Malta

- L-inqas rata ta' serq f'25 sena

- Omiċidji solvuta kollha

- L-akbar qabdiet ta' droga

Ir-rapport akkademiku annwali magħruf bħala Crimemalta Observatory, ikkonferma fil-pubblikazzjoni annwali tiegħu għall-2025 li Malta baqgħet pajjiż sigur u stabbli, bl-inqas rata ta' kriminalità qatt rreġistrata f'Malta (meta wieħed jeskludi s-sena tal-COVID).

Bir-rata ta' reati kriminali hija ta' 27 reat għal kull elf persuna li tgħix fil-pajjiż. Dan jirrifletti tnaqqis ieħor meta mqabbel mas-sena 2024 u tnaqqis sostanzjali meta mqabbel mas-46 każ irrapportat għal kull elf persuna li Malta kienet tesperjenza fl-2004. Jiġifieri, il-kriminalità ras għal ras illum hija 40% inqas milli kienet 20 sena ilu.

Irid jiġi rrimarkat, li t-tnaqqis fir-rata ta' kriminalità ġiet reġistrata fi sfond ta' popolazzjoni akbar ta' pajjiż li ekonomikament b'saħħtu. Bir-rata ta' kriminalità f'Malta hija wkoll anqas mill-medja Ewropea.

Riflessjoni wkoll fuq ir-riżultat eċċellenti li għal darb'oħra ngħatat Malta f'rapport internazzjonali, World Justice Project, li poġġa l-ordni u s-sigurtà f'pajjiżna mal-aktar tnax-il siguri fid-dinja u l-aktar pajjiż sigur fil-Mediterran.

Is-sena 2025 immarkat ukoll l-inqas rata ta' serq li qatt kellha Malta fl-aħħar 25 sena. Jekk wieħed iħares lejn in-numri, ir-rata ta' serq f'Malta naqset b'70%. Rata ta' serq li hija wkoll l-inqas qatt reġistrata f'Għawdex. Immarkat ukoll sena oħra, mill-2018, li fiha l-omiċidji kienu solvuti kollha, filwaqt li saru rekord ta' qabdiet ta' droga.

Skont stimi li saru fuq ir-rati tal-2005 u l-2015, ir-rata ta' rapporti ta' reati kriminali din is-sena kienu mistennija jaqbżu s-26,419 rapport. Minflok, ir-rapporti matul is-sena l-oħra kienu ferm inqas minn hekk. Fil-fatt l-istess rapport juri wkoll li kien hemm tnaqqis fir-rata ta' kriminalità meta wieħed iqabbel l-2025 mas-sena ta' qabel. Hekk kif fl-2025, kienu rrapportati 15,594 każ jiġifieri tnaqqis ta' 6% fuq l-2024.

L-esperti li ħadmu fuq ir-rapport isostnu, li filwaqt li hemm reati li komplew jirreġistraw żidiet minħabba servizz aktar professjonali kif ukoll minħabba żieda fl-għarfien, bħall-vjolenza domestika, f'każi oħra r-rapporti ta' reati kriminali naqsu minħabba l-effettività ta' ħidma ta' prevenzjoni. Ir-rapport jindika wkoll il-moviment lejn kriminalità li qed issir “fuq ġewwa" fejn illum dan jammonta għal 34% tar-reati kriminali kollha. Fost oħrajn hawn insibu l-frodi, il-ħasil ta' flus u l-vjolenza domestika.

Dwar dawn ir-riżultati, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri, sostna li l-fatt li ilna snin inżommu r-rata ta' kriminalità baxxa u issa anke rreġistrajna sena bl-inqas rata ta' kriminalità ma kienx kumbinazzjoni, iżda kien sforz ta' strateġiji ċari li ħaddimna fl-aħħar snin. Bl-attività ekonomika, it-turiżmu u iktar nies jgħixu f'pajjiżna wieħed kien jipprevedi li r-rata ta' kriminalità se tiżdied b'mod naturali, iżda għax ħdimna fuq il-prevenzjoni, żidna r-riżorsi u ħdimna mal-komunitajiet irnexxielna niksbu dawn ir-riżultati.

Il-Ministru spjega li “m'hawn ebda soċjetà fejn ma jsirux reati kriminali, iżda għandna nkunu kburin li Malta titpoġġa mal-iktar tnax-il pajjiż sigur fid-dinja u l-iktar sigur fil-Mediterran. Għal li ġej se nkomplu naħdmu fuq iktar inizjattivi, ninvestu f'iktar għodda teknoloġika u nagħtu l-aqwa riżorsi lill-ħaddiema tagħna bil-għan li nibqgħu nħarsu s-soċjetà Maltija. Beħsiebna nkunu iktar ibsin ukoll ma' min jikser il-liġi, b'inizjattivi bħal ħlas ta' multi fuq il-post għal min mhux residenti Malta u r-ritorn ta' barranin li jiksru l-liġi."

Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà, f'kummenti dwar dawn ir-riżultati qal li huwa kburi bir-riżultati li l-Korp tal-Pulizija kiseb matul l-2025. “Grazzi għall-professjonalità u d-dedikazzjoni tal-uffiċjali tagħna, kif ukoll għal investiment kontinwu fil-kapaċitajiet operattivi u analitiċi tal-Korp, Malta llum tikklassifika fost l-aktar tnax-il pajjiż sigur fid-dinja. Dawn ir-riżultati huma aktar sinifikanti meta wieħed iqis il-kuntest ta' tkabbir ekonomiku qawwi, żieda fil-popolazzjoni u livelli rekord ta' turiżmu. Minkejja dawn l-isfidi, il-kriminalità ras għal ras illum hija 40% inqas milli kienet 20 sena ilu, filwaqt li r-rata ta' serq naqset b'70%, bl-inqas livelli reġistrati f'pajjiżna."

Huwa spjega li fl-istess waqt, il-Korp kompla jadatta għall-evoluzzjoni tal-kriminalità, b'mod partikolari dik diġitali, fejn rajna wkoll tnaqqis fir-reati relatati ma' hacking u frodi online. “Dawn il-kisbiet huma r-riżultat ta' strateġija moderna ta' pulizija mibnija fuq intelligence-led policing, investiment kontinwu fl-analiżi tad-data, u l-ħidma essenzjali tat-timijiet tal- Community Policing li jsaħħu r-relazzjoni tagħna mal-komunità. Il-ħidma tagħna tibqa' mmexxija mill-istrateġija Safer Communities, Smarter Policing, li sal-2030 se tkompli ssaħħaħ tliet pilastri ewlenin: is-sigurtà pubblika, il-leġittimità tal-Korp, u l-evoluzzjoni kontinwa tal-operat tagħna."

Ikkonkluda li b'kollaborazzjoni mal-komunitajiet u mal-imsieħba strateġiċi tagħna, nibqgħu determinati li nkomplu nibnu fuq dawn ir-riżultati u nżommu lil Malta fost l-aktar pajjiżi siguri fid-dinja.

Min-naħa tiegħu, il-Kriminologu Saviour Formosa spjega li s-sena 2025 kienet karatterizzata bi tnaqqis sinifikanti. “Tnaqqis li huwa dovut għall-ħidma tal-Pulizija, l-għarfien mill-pubbliku kif ukoll ħidma kollettiva mill-komunitajiet. Dan it-tnaqqis ma kienx hekk kumbinazzjoni iżda huwa frott ħidma strateġika fosthom bl-introduzzjoni tal-Pulizija fil-Komunita, l-istrateġija ta' prevenzjoni, it-twaqqif tal-Victim Support Agency u l-introduzzjoni ta' liġijiet u sistemi ġodda, kif ukoll ħoloq oħra ta' tisħiħ biex titnaqqas il-kriminalità."

Ir-rapport akkademiku tħejja mill-Professur Saviour Formosa u l-Professur Janice Formosa Pace.?

Ir-rapport sħiħ qiegħed jiġi ppubblikat flimkien ma' din l-istqarrija.

PR260434b.pdf

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL MALTA SIGURA: Fl-2025 irreġistrata l-anqas rata ta’ kriminalità f’Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow