Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imnedija pjattaforma ġdida online ‘RetireSmart’ biex teduka dwar l-irtirar

PR260431
Date Icon 16/03/2026

Il-fergħa ĠEMMA, fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, nediet RetireSmart, pjattaforma ġdida online b'xejn li hija ddisinjata speċifikament biex tgħin lin-nies jifhmu aħjar x'jistgħu jistennew mill-pensjoni futura tagħhom u ssaħħaħ il-kapaċità finanzjarja tagħhom.

RetireSmart huwa disponibbli kemm bħala app u anke sit elettroniku, f'forma ta' kalkulatur, u se tgħin biex tqajjem aktar kuxjenza dwar l-importanza tal-ippjanar finanzjarju bil-quddiem.

Dawn id-dettalji tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn ġie spjegat kif din l-inizjattiva nibtet minn partnership li ĠEMMA għandhom mal-BOV u l-MAPFRE MSV Life.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon tkellem dwar kif l-ippjanar għall-irtirar huwa wieħed mill-aktar deċiżjonijiet finanzjarji importanti li persuna tista' tieħu matul ħajjitha. Huwa spjega kif din l-għodda tipprovdi stima tal-pensjoni statali potenzjali ta' persuna kif ukoll tagħti indikazzjoni tal-età mistennija tal-irtirar tagħhom.

“Wieħed mill-vantaġġi ewlenin tal-għodda huwa li tagħmel aktar milli sempliċiment tipproduċi ċifra waħda. Dan il-kalkulatur jenfasizza kif perjodi mingħajr kontribuzzjonijiet, pawżi fil-karriera, bidliet fl-istatus tal-impjieg, jew deċiżjonijiet dwar meta wieħed jirtira jistgħu jaffettwaw l-ammont finali tal-pensjoni," saħaq il-Ministru Michael Falzon.

Dr Gordon Cordina, Chairperson tal-Bank of Valletta u MMSV Life, saħaq fuq l-importanza ta' ppjanar finanzjarju proattiv, b'mod partikolari hekk kif il-popolazzjoni qiegħda tixjieħ. Huwa rrimarka li l-App RetireSmart hija għodda importanti sabiex in-nies ikunu proattivi u infurmati aħjar, u tgħinhom jieħdu deċiżjonijiet f'waqthom għall-benesseri finanzjarju fit-tul u biex jippjanaw l-irtirar tagħhom.

Il-kelliem għall-MAPFRE MSV Life Michael Galea, kompla li minn kunċett astratt għal ħafna nies, l-app hija applikazzjoni prattika tanġibbli u sempliċi għall-utenti li tnediet wara qbil unanimu bejn l-imsieħba li hemm bżonn ta' messaġġ uniformi u koerenti rigward l-ippjanar finanzjarju u għalaq billi jtenni l-importanza tal-ippjanar għall-irtirar.

Fl-intervent tiegħu waqt it-tnedija, Simon Azzopardi, Chief Personal and Wealth Officer fil-Bank of Valletta, qal, “Aħna impenjati li nipprovdu soluzzjonijiet fit-tul ta' tfaddil, pensjoni u assigurazzjoni li jagħtu s-setgħa lill-klijenti u jrawmu kultura ta' tfaddil aktar b'saħħitha. Din l-app tiddistingwi lilha nnifisha billi tippermetti lin-nies jippjanaw b'mod aktar effettiv għall-benesseri tagħhom lil hinn minn kemm damu jaħdmu. L-app tagħti wkoll rakkomandazzjonijiet li wieħed jista' jwettaq u strateġiji alternattivi bil-għan li jitnaqqas id-distakk fid-dħul, filwaqt li jiġi żgurat li kulħadd ikun jista' jgawdi minn livell għoli ta' għajxien fl-irtirar."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imnedija pjattaforma ġdida online ‘RetireSmart’ biex teduka dwar l-irtirar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imnedija pjattaforma ġdida online ‘RetireSmart’ biex teduka dwar l-irtirar
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow