Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Imniedi għall-konsultazzjoni d-dokument li se jwassal għall-Istrateġija dwar il-Benesseri tal-Edukatur

PR260429
Date Icon 16/03/2026


“Dan huwa pass importanti ieħor fil-viżjoni trasformattiva tas-sistema edukattiva ta' Malta, li mhux biss huwa pass ieħor fil-perkors edukattiv  biex nassiguraw li l-edukatur ikompli jkun fiċ-ċentru ta' dik li hija s-sistema edukattiva tagħna. Pass ieħor li permezz tiegħu se jkomplu jibbenefikaw kemm l-edukaturi kif ukoll l-istudenti". Hekk iddeskriva t-tnedija tad-dokument għall-konsultazzjoni li se jwassal għall-Istrateġija dwar il-Benesseri tal-Edukatur, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima.

Id-dokument tnieda llum wara li kien imfassal mill-edukaturi nfushom permezz ta' focus groups ma' kapijiet tal-iskejjel, deputati kapijiet u kumitat interministerjali. Ħadu sehem 778 edukatur minn skejjel u ċentri edukattivi differenti kif ukoll ġie żviluppat permezz ta' riċerka, pre-konsultazzjoni u kollaborazzjoni bejn diversi entitajiet. Minn dan il-proċess ġew żviluppati 10 miżuri u 25 inizjattiva li jinsabu fid-dokument.

Din l-istrateġija hija parti mill-impenn tal-Gvern biex isaħħaħ il-benesseri tal-edukaturi u jtejjeb is-sodisfazzjon tagħhom fix-xogħol u fuq il-post tax-xogħol tagħhom. L-Istrateġija li hija allinjata mal-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni 2024–2030, b'mod partikolari mal-Ewwel Pilastru dwar il-Benesseri tal-Edukaturi kif ukoll ma' Viżjoni Malta 2050.

Il-viżjoni ewlenija ta' din l-Istrateġija, li qed inniedu għall-konsultazzjoni, hija li edukatur b'saħħtu kemm mentalment kif ukoll professjonalment iwassal għal ambjent edukattiv aħjar għall-istudenti.

“Għal darba oħra, kif bdejna nagħmlu mit-tfassil tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni, il-pre-konsultazzjoni saret ma' dawk li jinsabu fil-qalba tas-settur, għaliex nemmnu li s-suċċess ta' wliedna jiddependi mill-kontribut imprezzabbli li jagħtu l-edukaturi tagħna", enfasizza l-Ministru Grima.

Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru, Matthew Vella spjega, “Sentejn ilu nedejna l-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni, u konna tajna l-kelma tagħna li se jkollna Strateġija li tiffoka fuq il-benesseri tal-edukatur. Illum qed inniedu dan id-dokument u qed inwasslu messaġġ ċar, li aħna rridu li l-edukaturi tagħna jkollhom fost oħrajn, is-sapport u t-taħriġ neċessarju. It-tnedija tal-lum hija wkoll marbuta mad-dokument Educators as Policy Makers, li qed narawh jiġi attwat fil-prattika."

Fil-bidu tat-tnedija saret preżentazzjoni minn Mary Scicluna, Direttur Ġenerali People Management Department, li tat ħarsa lejn id-dokument, u spjegat it-tliet pilastri ewlenin li huwa mibni fuqu. “Fil-proċess tat-tfassil tad-dokument, l-edukaturi li ltqajna magħhom taw kontribut kbir anki billi esprimew l-opinjoni tagħhom biex huma jkomplu jikbru b'mod professjonali biex ikunu jistgħu jagħti edukazzjoni ħolistika lill-istudenti", qalet Scicluna.

Il-Ministru Grima qal li l-investiment fil-benesseri tal-edukaturi huwa investiment dirett mhux biss fihom, imma fil-futur tal-istudenti u tas-sistema edukattiva ta' Malta. “Din l-istrateġija tirrappreżenta pass importanti lejn sistema edukattiva aktar sostenibbli, inklużiva u ta' kwalità għolja", temm jgħid il-Ministru Clifton Grima.

Il-Konsultazzjoni Pubblika se tibqa' miftuħa sal-Ħamis 30 ta' April. Id-dokument jista' jinkiseb mis-sit www.gov.mt/en/publicconsultation/Pages/2026/NL-0011-2026.aspx fejn wieħed jista' wkoll iħalli l-kummenti jew suġġerimenti tiegħu.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Imniedi għall-konsultazzjoni d-dokument li se jwassal għall-Istrateġija dwar il-Benesseri tal-Edukatur
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Imniedi għall-konsultazzjoni d-dokument li se jwassal għall-Istrateġija dwar il-Benesseri tal-Edukatur
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Imniedi għall-konsultazzjoni d-dokument li se jwassal għall-Istrateġija dwar il-Benesseri tal-Edukatur
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow