Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Ix-xogħlijiet fi Ġnien il-Koppin f’Ħal Kirkop fi stadju avvanzat

PR260426
Date Icon 15/03/2026

Ġnien il-Koppin, spazju miftuħ ta’ madwar 1,600 metru kwadru fi Triq Nerik Xerri f’Ħal Kirkop qed jinbidel fi ġnien komunitarju, sit ieħor li kien skedat għall-bini.

Waqt żjara fuq il-post flimkien mat-tim ta’ Project Green, membri tal-kunsill lokali ta’ Ħal Kirkop u s-Sindku Matthew Agius Zammit, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli rrimarkat kif dan il-proġett wasal fi stadju avvanzat  u kif fil-ġimghat li ġejjin se jkun jista’ jitgawda mill-pubbliku.

“Ġnien il-Koppin huwa proġett ieħor li minflok ġie żviluppat, se jkun jista’ jitgawda mill-pubbliku. Ġnien ieħor għal familji, b’diversi elementi edukattivi u interessanti għat-tfal. Illum in-nies qed japprezzaw l-isforz li qed nagħmlu biex ikollna aktar spazji miftuha. Dan jimlina b’aktar ħeġġa biex nużaw kull opportunità ħalli noħolqu aktar postijiet biex jitgawdew minn nies. Dan kollu huwa parti minn hidma usa biex ikollna komunitajiet aktar sostenibbli u adattati għal min ifittex li jqatta’ ħin ta’ kwalità fil-miftuħ,” qalet il-Ministru Miriam Dalli.

B’investiment ta’ aktar minn nofs miljun ewro saru diversi interventi biex fiż-żmien li ġej Ġnien il-Koppin jibda jitgawda mir-residenti Koppin u dawk tal-madwar. Fost ix-xogħolijiet li saru hemm passaġġi li huma magħmulin minn materjali riċiklabbli, servizzi tad-dawl u ilma, kif ukoll li l-ġibjun li ser ikun qiegħed jiġbor l-ilma tax-xita sabiex jintuża għall-irrigazzjoni.

Il-proġett se jinkludi spazji interattivi u edukattivi ddisinjati apposta għaż-żgħażagħ u l-familji, inkluż treehouses, żoni tal-logħob inkluż ping-pong, żoni tal-ħwawar aromatiċi, u strutturi għall-pollinazzjoni bħal bug hotels.

Il-Project Manager f’dan il-proġett, Dylan Abela Spiteri, irrimarka kif minkejja l-maltemp li laqat lill-pajjiż fil-ġimgħat li għaddew, ix-xogħol baqa’ jipprogressa grazzi għall-ippjanar xieraq u f’waqtu, u koordinazzjoni effettiva.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Ix-xogħlijiet fi Ġnien il-Koppin f’Ħal Kirkop fi stadju avvanzat
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Ix-xogħlijiet fi Ġnien il-Koppin f’Ħal Kirkop fi stadju avvanzat
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Ix-xogħlijiet fi Ġnien il-Koppin f’Ħal Kirkop fi stadju avvanzat
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Ix-xogħlijiet fi Ġnien il-Koppin f’Ħal Kirkop fi stadju avvanzat
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow