Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Il-Biennale ta’ Malta tippromwovi l-kreattività u r-riabilitazzjoni

PR260418
Date Icon 13/03/2026

Residenti mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi jesponu t-talent u dinjità fl-inawgurazzjoni tal-Padiljun tal-Aġenzija għas-Servizzi Korretti

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri, flimkien mal-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, inawguraw il-Padiljun tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, li jifforma parti mill-Malta Biennale fuq inizjattiva li tħares lejn l-espressjoni kreattiva u l-iżvilupp personali fil-kuntest ta' faċilitajiet ta' riabilitazzjoni u li tappoġġa l-politika governattiva għall-inklużjoni u dinjità fil-komunità.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Camilleri saħaq dwar kif il-parteċipazzjoni ta' disa' residenti f'dan il-proġett mhux biss tirrifletti l-ħila artistika tagħhom, iżda wkoll il-valuri fundamentali ta' dixxiplina u rispett: “Li persuna tkun qed tiskonta sentenza f'din il-faċilità ma jfissirx li ż-żmien għandu jieqaf, jew li jintilef kull sens ta' ambizzjoni, espressjoni jew xewqat. Dan iż-żmien għandu jservi bħala ħin ta' riflessjoni li jwassal għal riabilitazzjoni ġenwina. Dan huwa dak li ħdimna fuqu fl-aħħar snin fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi bbażat fuq dixxiplina, rispett u riabilitazzjoni."

Il-Ministru Camilleri sostna kif il-Gvern qed jippromwovi politika li tħeġġeġ l-involviment attiv tal-komunità, b'inizjattivi kulturali li jippromwovu riabilitazzjoni u inklużjoni, u li tagħti valur individwali lir-residenti. “Dan ma kienx proċess impost fuq ir-residenti; kienet idea li ħarġet minn hawn innifsu u li saret realtà grazzi għall-appoġġ tal-Biennale u tal-faċilità," qal il-Ministru Camilleri, filwaqt li rringrazzja lil Mario Cutajar u lit-tim kollu tal-Biennale għall-kooperazzjoni u l-impenn tagħhom. Huwa rringrazzja wkoll lill-ħaddiema kollha tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.

Il-Ministru Camilleri kkonkluda billi qal li dan il-proġett huwa prestigjuż u simboliku, u jirrifletti l-politika tal-Gvern biex kull faċilità ta' riabilitazzjoni tkun post fejn id-dinjità tal-persuna, l-espressjoni kreattiva u l-integrazzjoni fil-komunità jiġu valorizzati, filwaqt li jippromwovu edukazzjoni, kultura u inklużjoni fuq livell nazzjonali u internazzjonali.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Owen Bonnici qal kif din l-edizzjoni tal-2026 tal-Biennale tkompli tibni fuq is-suċċess miksub mill-ewwel edizzjoni u ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' Malta bħala spazju vibranti għall-arti u d-djalogu kulturali. Fuq medda ta' 11-il ġimgħa, bejn l-14 ta' Marzu u l-aħħar ta' Mejju, se naraw laqgħa straordinarja ta' kreattività u ideat minn artisti lokali u internazzjonali. Taħt id-direzzjoni tal-kuratriċi ta' fama internazzjonali Rosa Martínez, aktar minn 130 artist minn 43 pajjiż se jippreżentaw xogħlijiet li jirriflettu perspettivi differenti u esperjenzi uniċi. Dan juri b'mod ċar kif Malta qed tkompli tikber bħala ċentru ta' ħsieb, innovazzjoni u skambju kulturali fuq livell internazzjonali.

“Permezz tal-kreattività, ir-residenti jingħataw opportunità juru l-abbiltajiet tagħhom u jerġgħu jibnu sens ta' fiduċja, rispett u tama għal futur aħjar. Din l-inizjattiva tkompli tenfasizza r-rwol tal-arti bħala pont ta' inklużjoni, fehim u riabilitazzjoni fis-soċjetà tagħna," sostna l-Ministru Bonnici.

L-installazzjoni “Floating Fragments" tesplora l-ħajja bħala ġabra ta' episodji differenti u tistieden djalogu bejn il-perspettiva tan-nies ġewwa l-faċilità u dawk barra minnha, u tħeġġeġ riflessjoni dwar kif il-komunità tista' tippromwovi aktar inklużjoni u parteċipazzjoni kulturali. Il-Ministru rrimarka wkoll fuq il-kollaborazzjoni ma' studenti tal-MCAST, li permezz tar-riċerka u l-preparazzjoni tat-tħejjija tal-proġett, jgħinu biex dawn l-inizjattivi jsiru sostenibbli.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Il-Biennale ta’ Malta tippromwovi l-kreattività u r-riabilitazzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Il-Biennale ta’ Malta tippromwovi l-kreattività u r-riabilitazzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Il-Biennale ta’ Malta tippromwovi l-kreattività u r-riabilitazzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Il-Biennale ta’ Malta tippromwovi l-kreattività u r-riabilitazzjoni
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow