Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Għaddej ġmielu x-xogħol biex Għar Lapsi jerġa’ jingħata lura lin-nies

PR260417
Date Icon 13/03/2026

Fl-aħħar ġimgħat, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi beda x-xogħol biex tiġi riġinerata ż-żona ta' Għar Lapsi, fis-Siġġiewi. Dan wara li ftit tax-xhur ilu, Għar Lapsi ġarrab ħsarat kbar mill-maltempata Harry li ħakmet lil pajjiżna, ħsarat li affetwaw l-aċċess għall-bajja, kif ukoll aċċess għall-islipway li kienet tintuża speċjalment mis-sajjieda. Il-ħidma tad-Dipartiment bdiet wara t-tmiem tal-konsultazzjoni pubblika, bl-isem Għar Lapsi – Lura lin-Nies, fejn is-sentiment kien li n-nies iridu Għar Lapsi sempliċi u li kemm jista' jkun jibqa' kif kien.

Ma' dawn ix-xogħlijiet kollha, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qed iħejji wkoll biex tinbena mill-ġdid l-iskall li tagħti għall-bajja l-oħra, magħrufa bħala Għereq Miżun. L-investiment jammonta għal dak ta' żewġ miljun ewro.

Fl-istess waqt, apparti dan ix-xogħol li qed isir, fl-aħħar ġimgħat id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi wettaq ukoll xogħol ta' arbli tad-dwal li jaħdmu b'enerġija solari. Dan huwa parti mill-ftehim li kien sar ma' 20 kunsill lokali f'Malta, fejn se jitweħħlu madwar 400 arblu tad-dawl ġdid li jaħdem b'enerġija solari.

Fil-kumment tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia qal li “dak li qegħdin naraw f'Għar Lapsi huwa turija li dak li nwegħdu nwettquh, fil-fatt qegħdin naraw l-ewwel fażijiet tax-xogħlijiet li bdew u li ser iwassluna biex inżommu mal-impenn u l-wegħda tagħna li Għar Lapsi jirritorna lura lin-nies fiż-żmien stipulat."

Min-naħa tiegħu, is-Sindku tas-Siġġiewi Julian Borg enfasizza kif flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi u d-Dipartiment fi ħdanu, komplew għaddejjin ix-xogħlijiet, bil-ħsieb prinċipali jkun dak li jingħata aċċess għal din iż-żona.

Il-Perit responsabbli minn dan il-proġett Mario Ellul saħaq kif  bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet ta' trinek, kif ukoll ta' tindif tal-materjal wara l-maltempata. Apparti minn hekk, qiegħed jitqiegħed 'cable' ħalli titranġa u titjieb is-sistema tal-elettriku, kif ukoll studji dettaljati tal-blat taż-żona li jasal sa fond ta' għaxar metri, 12-il metru, u 18-il metru.

Issa wkoll se tkun qed tibda l-fażi li jmiss, dik li terġa' tinbena r-rampa li tagħti aċċess għall-bajja, dan billi r-rampa qed tibda timtela' bil-konkos. Hekk kif titlesta din ir-rampa, il-proċess li jkun imiss huwa li l-ħaddiema jinżlu bl-inġenji żgħar fil-bajja ta' Għar Lapsi ħalli jkomplu jinbnew mill-ġdid il-passaġġi li tkissru, jitneħħa l-konkos u l-parti tal-irdum li ċeda.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Għaddej ġmielu x-xogħol biex Għar Lapsi jerġa’ jingħata lura lin-nies
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Għaddej ġmielu x-xogħol biex Għar Lapsi jerġa’ jingħata lura lin-nies
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Għaddej ġmielu x-xogħol biex Għar Lapsi jerġa’ jingħata lura lin-nies
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow