Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Il-programm Life Hack estiż għal sitt skejjel medji madwar Malta u Għawdex

PR260413
Date Icon 13/03/2026


Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti, flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Żgħażagħ Miriam Teuma, ippreżentaw iċ-ċertifikati lill-ewwel grupp ta' żgħażagħ li lestew b'suċċess il-programm pilota Life Hack. Matul din iċ-ċerimonja, ġie mħabbar li bħala parti mill-impenn tal-Gvern u b'miżura konkreta tal-Budget 2026, dan il-programm se jkun qed jespandi b'mod sinifikanti minn tlett skejjel għal sitt skejjel medji għas-sena skolastika 2026/2027.

Permezz ta' din l-espansjoni, il-programm Life Hack se jilħaq sitt skejjel medji madwar Malta u Għawdex, fejn studenti fl-ewwel u t-tieni sena (Year 7 u 8) se jkollhom l-opportunità li jibbenefikaw minn korsijiet prattiċi bħal Connected Minds, MoneyWise, Creative Spark u Take Action Through Photos. Dawn il-korsijiet huma mfassla b'ħiliet essenzjali għaż-żgħażagħ fil-benesseri diġitali, l-immaniġġjar tal-finanzi, u l-kreattività, fost oħrajn.

Iċ-ċertifikati ppreżentati huma akkreditati bħala Level 3 Awards mid-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni (DQSE). Dan jiżgura li t-tagħlim mhux formali miksub miż-żgħażagħ jingħata valur uffiċjali u jifforma parti integrali mill-profil edukattiv tagħhom.

Fl-intervent tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti sostna li, “Is-suċċess ta' dawn iż-żgħażagħ huwa s-suċċess ta' nazzjon li jemmen fil-potenzjal tal-ġenerazzjoni li jmiss. Permezz ta' Life Hack, qed naraw kif it-tagħlim imur lil hinn mill-erba' ħitan tal-klassi biex uliedna jiksbu ħiliet soċjali u diġitali, fost oħrajn, li se jservuhom tul ħajjithom kollha. Dan il-Gvern se jkompli jkun spalla magħkom, jinvesti f'inizjattivi li jiftħu l-bibien għall-innovazzjoni u r-riċerka personali".

Min-naħa tagħha, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Żgħażagħ Miriam Teuma enfasizzat li l-programm huwa frott il-ħidma dedikata tal-youth workers professjonali li jwasslu tagħlim mhux formali ta' kwalità għolja. Hija saħqet li din l-inizjattiva tallinja perfettament mal-politika nazzjonali għaż-żgħażagħ u l-edukazzjoni, filwaqt li nnutat li r-reazzjonijiet pożittivi mill-istudenti u l-ġenituri kienu xhieda ċara li dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq.

Permezz ta' din l-inizjattiva, l-Aġenzija Żgħażagħ qed tkompli ssaħħaħ il-vjaġġ edukattiv taż-żgħażagħ billi toffrilhom għodda prattiċi għall-futur. Din l-espansjoni għas-sena 2026/2027 tikkonferma l-impenn tal-Gvern li jkompli jinvesti fit-tkabbir u l-iżvilupp olistiku taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Il-programm Life Hack estiż għal sitt skejjel medji madwar Malta u Għawdex
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Il-programm Life Hack estiż għal sitt skejjel medji madwar Malta u Għawdex
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Il-programm Life Hack estiż għal sitt skejjel medji madwar Malta u Għawdex
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow