Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inawgurat spazju edukattiv ġdid biex isaħħaħ it-tagħlim kreattiv tat-tfal

pr260397
Date Icon 11/03/2026

Illum ġie inawgurat Atelier, spazju edukattiv ġdid fil-Kulleġġ San Injazju, Ġuże Muscat Azzopardi, Skola Primarja Qormi San Bastjan, li se jkompli jsaħħaħ l-edukazzjoni kreattiva u innovattiva għat-tfal, b'enfasi fuq tagħlim permezz tal-esperjenza u l-esplorazzjoni.

Waqt l-inawgurazzjoni, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima saħaq li din l-inizjattiva tirrappreżenta pass importanti fil-mod kif nifhmu u ngħixu l-edukazzjoni tat-tfal. Huwa spjega li l-ispazju edukattiv Atelier mhux biss huwa spazju ġdid fi ħdan l-iskola, iżda ambjent li jinkoraġġixxi l-kreattività, l-esplorazzjoni u l-immaġinazzjoni tat-tfal fiċ-ċentru tat-tagħlim tagħhom.

Il-Ministru Grima spjega li l-kunċett ta' Atelier huwa bbażat fuq l-idea li t-tfal jitgħallmu mhux biss permezz tal-kotba jew tal-klassi tradizzjonali, iżda wkoll permezz ta' esperjenzi prattiċi. Permezz ta' diversi attivitajiet u materjali differenti, it-tfal jistgħu jesprimu l-ideat tagħhom u jiskopru d-dinja ta' madwarhom b'modi differenti.

Dan l-ispazju jinkludi diversi esperjenzi edukattivi relatati man-natura, id-dawl u d-dell, il-ħidma bit-tafal u l-iskultura, il-mużika u l-ħoss, l-esplorazzjoni tal-ilma kif ukoll il-qasam tal-istejjer u l-kitba kreattiva. Dawn l-esperjenzi jgħinu biex jiżviluppaw fit-tfal ħiliet importanti bħall-immaġinazzjoni, il-kreattività, il-ħsieb kritiku u l-kollaborazzjoni.

Filwaqt li l-Kap tal-iskola Josephine Baldacchino spjegat ix-xogħol li sar, l-Assistenta Kap tal-Iskola, Geraldine Degabriele Pace kompliet tispjega fid-dettall il-kunċett wara dan il-proġett u kif dan l-Atelier se jservi bħala spazju fejn it-tfal jistgħu jesperimentaw, jesprimu l-kreattività tagħhom u jitgħallmu permezz tal-esperjenza. Hija qalet li permezz ta' dan l-ambjent edukattiv, it-tfal se jkollhom l-opportunità jesploraw diversi materjali u attivitajiet li jinkoraġġixxu l-immaġinazzjoni, il-kurżità u t-tagħlim attiv.

Il-Ministru Clifton Grima rringrazzja lil dawk kollha li ħadmu biex dan il-proġett seta' jitwettaq, filwaqt li saħaq li l-Gvern se jkompli jinvesti f'inizjattivi edukattivi li jippromwovu kreattività, innovazzjoni u tagħlim ta' kwalità għat-tfal kollha.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inawgurat spazju edukattiv ġdid biex isaħħaħ it-tagħlim kreattiv tat-tfal
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inawgurat spazju edukattiv ġdid biex isaħħaħ it-tagħlim kreattiv tat-tfal
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inawgurat spazju edukattiv ġdid biex isaħħaħ it-tagħlim kreattiv tat-tfal
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow