Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Jiġu ppreżentati żewġ pubblikazzjonijiet reċenti rigward id-drittijiet tal-bniedem lil-Libreriji ta’ Malta

PR260391
Date Icon 10/03/2026

Żewġ dokumenti ewlenin, ippubblikati reċentement mid-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem, ġew ippreżentati lil-Libreriji Nazzjonali ta' Malta, u b'hekk komplew jibnu fuq il-ħidma tad-Direttorat sabiex tissaħħaħ aktar il-ħidma f'dan il-qasam.

Dawn il-kotba ġew ippreżentati mis-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg, lill-Kap Eżekuttiv ta' Libreriji ta' Malta Cheryl Falzon.

Is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg enfasizzat l-importanza li jiġu ppreservati pubblikazzjonijiet bħal dawn fi ħdan istituzzjonijiet nazzjonali, filwaqt li jiggarantixxu l-aċċess tagħhom mill-pubbliku ġenerali. “Dawn il-kotba jirriflettu l-impenn kontinwu tagħna lejn l-ugwaljanza. Billi npoġġuhom fil-Libreriji Nazzjonali ta' Malta, qed niżguraw li l-għarfien, il-valuri u l-progress li jirrappreżentaw jibqgħu aċċessibbli għal kulħadd, illum u fis-snin li ġejjin. Il-glossarju bilingwi LGBTIQ+, b'mod partikolari, huwa għodda importanti li tgħaqqad il-lingwa u l-fehim, u ssaħħaħ l-inklużjoni f'kull livell tas-soċjetà."

L-ewwel pubblikazzjoni timmarka l-10 anniversarju tad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem, u tiddokumenta deċennju ta' progress, tragwardi, u żvilupp ta' politika fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza. Il-pubblikazzjoni kommemorattiva tirrifletti fuq l-evoluzzjoni tad-Direttorat, il-kisbiet leġiżlattivi u ta' politika tiegħu, u r-rwol tiegħu fit-tisħiħ tal-protezzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem f'Malta.

It-tieni pubblikazzjoni hija Glossarju dwar it-terminoloġija LGBTIQ+, ippubblikat kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Il-format bilingwi tiegħu jagħmlu għodda unika, immirat lejn il-promozzjoni ta' lingwaġġ rispettuż, preċiż u inklużiv fis-servizzi pubbliċi, l-edukazzjoni, il-midja u s-soċjetà usa'. Billi joffri terminoloġija standardizzata fiż-żewġ lingwi, il-glossarju jappoġġja fehim akbar filwaqt li jiżgura aċċessibbiltà lingwistika fil-kuntest Malti.

Intant, iż-żewġ pubblikazzjonijiet huma disponibbli wkoll online, fuq il-website tad-Direttorat.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Jiġu ppreżentati żewġ pubblikazzjonijiet reċenti rigward id-drittijiet tal-bniedem lil-Libreriji ta’ Malta
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Jiġu ppreżentati żewġ pubblikazzjonijiet reċenti rigward id-drittijiet tal-bniedem lil-Libreriji ta’ Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow