Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA Jingħata bidu għal Kwareżima – Arti, Kult u Tradizzjoni fil-Kastell Verdala

pr260383
Date Icon 07/03/2026

Il-Ġimgħa filgħaxija, fil-Kastell Verdala fetħet uffiċjalment l-attività Kwareżima – Arti, Kult u Tradizzjoni, b'kunċert mill-Kor San Pietru fil-Ktajjen ta' Birżebbuġa, b'riflessjonijiet dwar il-Passjoni ta' Sidna Ġesù Kristu.

Din l-attività unika hi miftuħa għall-pubbliku, u dawk li jattendu jistgħu jaraw artifatti uniċi u ta' valur storiku importanti, fosthom esebiti li qatt qabel ma kienu esposti għall-pubbliku, u biċċiet tal-arti minn artisti lokali fosthom Antonio Sciortino, Antonio Mifsud, Christ Ebejer u l-familja Camilleri Cauchi.

Bejn illum u għada l-Ħadd, dawk li jattendu jistgħu jgawdu seba' kunċerti u ħames diskussjonijiet, iżuru l-wirjiet ta' abbozzi, esebiti, u vestwarju. Se jiġu organizzati wkoll purċissjonijiet, inkluż il-Purċissjoni s-Sewda li qed issir barra l-Birgu għall-ewwel darba fl-istorja, u programmi mużikali kif ukoll il-Purċissjoni Penitenzjali, fost oħrajn. Qed ikunu esebiti wkoll kollezzjonijiet privati ta' santi u kurċifissi, dokumenti storiċi u biċċiet tal-arti kontemporanja.

Fost l-esebiti hemm ukoll artifatti storiċi u uniċi li jinkludu oġġetti tal-Ġimgħa l-Kbira li jmorru lura sekli, fosthom mill-1784, relikwarju tal-1753, xbigħa użata mill-Kavallieri ta' San Ġwann waqt il-funzjonijiet tagħhom, u statwi tas-Seklu 19. Qed tiġi esebita wkoll kollezzjoni ta' kotba, fosthom uħud li kienu jintużaw minn Gran Mastri għat-talb privat.

Dawk li jżuru din l-attività se jkollhom l-opportunità jaraw kif is-swali tal-Kastell Verdala, fosthom is-sala prinċipali mad-dħul fil-Kastell, inbidlu f'xenarji differenti bi statwi ta' daqs uman, li jinkludu Kurċifiss mill-isbaħ u antik, li jintuża fil-Purċissjoni s-Sewda tal-Birgu.

Qed jinfetħu wkoll żoni tal-Kastell li s-soltu ma jkunux aċċessibbli, inkluż l-istalel ta' żmien il-Kavallieri fejn qed issir wirja ta' pitturi tal-Ġimgħa l-Kbira. Dawn l-istalel imorru lura għall-bidu tal-1700, meta kienu nbnew mill-Gran Mastru António Manoel de Vilhena, u minnhom infushom huma wirt arkitettoniku ta' pajjiżna.

Il-biljetti jiswew biss €10, u jagħtu aċċess ta' ġurnata sħiħa attivitajiet fil-Kastell Verdala. Il-biljetti jistgħu jinkisbu onlajn, fuq Kwareżima - Arti, Kult u Tradizzjoni | ShowsHappening jew billi dak li jkun jattendi personalment u jħallas mal-bieb.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA Jingħata bidu għal Kwareżima – Arti, Kult u Tradizzjoni fil-Kastell Verdala
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA Jingħata bidu għal Kwareżima – Arti, Kult u Tradizzjoni fil-Kastell Verdala
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA Jingħata bidu għal Kwareżima – Arti, Kult u Tradizzjoni fil-Kastell Verdala
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA Jingħata bidu għal Kwareżima – Arti, Kult u Tradizzjoni fil-Kastell Verdala
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA Jingħata bidu għal Kwareżima – Arti, Kult u Tradizzjoni fil-Kastell Verdala
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow