Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI U L-AKKOMODAZZJONI Il-Gvern jistieden delegazzjoni Irlandiża f’Malta għal skambju ta’ informazzjoni dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

pr260382
Date Icon 07/03/2026

Id-delegazzjoni Maltija, li kienet f’Dublin fl-Irlanda għal żjara ta’ konsultazzjoni, u mmexxija mis-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni Andy Ellul, kompliet b’diskussjonijiet dwar l-aqwa prattiki għal aktar bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

F’aktar laqgħat fiż-żjara ta’ jumejn, is-Segretarju Parlamentari ltaqa’ fost oħrajn mal-Kungress Irlandiż għat-Trade Unions (ICTU) li ilu stabbilit aktar minn 130 sena. F’laqgħa mal-Uffiċjal tal-Kungress Dr Laura Bambrick ġie spjegat dwar kif jopera d-dritt li wieħed jitlob għal remote working fl-Irlanda.

Dr Bambrick irrimarkat li x-xogħol li qed isir minn Malta f’dan ir-rigward huwa inkoraġġanti filwaqt li faħħret dak li sejħet interess ġenwin mis-Segretarju Parlamentari Ellul u l-kumplament tad-delegazzjoni biex jinstab l-aħjar mudell għal Malta.

Is-Segretarju Parlamentari ltaqa’ wkoll mal-Konfederazzjoni ta’ Min Iħaddem (IBEC), bid-Direttur Pauline O’Hare tirrimarka li l-introduzzjoni tat-talba għar-remote working fl-Irlanda ilha fis-seħħ għal dawn l-aħħar sentejn, u bħalissa għaddej proċess ta’ reviżjoni biex jaraw kif dawn il-linji gwida jistgħu jissaħħu.

Is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul spjega li wara din iż-żjara, il-Gvern Malti issa għandu idea ferm aktar ċara ta’ x’impatt jista’ jkollhom dawn il-miżuri u x’inhu l-aħjar mod li dawn jiġu implimentati.

Huwa għalhekk, ħabbar Dr Ellul, li delegazzjoni Irlandiża se tiġi mistiedna f’Malta biex l-imsieħba soċjali f’pajjiżna jkollhom l-opportunità li jiddiskutu anke fil-preżenza ta’ rappreżentanti Irlandiżi. 

Is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul temm jgħid li l-iskop ewlieni tal-Gvern Malti huwa li jkompli jsaħħaħ id-drittijiet tal-ħaddiema u li tiżdied il-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin. 

Dr Ellul kien akkumpanjat mid-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impieg, Diane Vella Muscat.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI U L-AKKOMODAZZJONI Il-Gvern jistieden delegazzjoni Irlandiża f’Malta għal skambju ta’ informazzjoni dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI U L-AKKOMODAZZJONI Il-Gvern jistieden delegazzjoni Irlandiża f’Malta għal skambju ta’ informazzjoni dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow