Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Borg jiltaqa’ mal-Prim Ministru tal-Indja Modi u mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Jaishankar

pr260380
Date Icon 07/03/2026

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg iltaqa’ mal-Prim Ministru tal-Indja Shri Narendra Modi, u mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Subrahmanyam Jaishankar, waqt il-konferenza Raisina Dialogue 2026, fi New Delhi, din il-ġimgħa.

Din kienet l-ewwel darba li Malta pparteċipat f’dan il-laqgħa internazzjonali fil-livell ministerjali. Raisina Dialogue hija l-konferenza annwali ewlenija tal-Indja dwar temi ġeopolitiċi u ġeoekonomiċi, li tlaqqa’ flimkien mexxejja politiċi, esperti minn industriji differenti, akkademiċi u personalitajiet oħra prominenti minn madwar id-dinja.

Dr Borg indirizza waħda mis-sessjonijiet tal-konferenza taħt it-tema “Connecting Islands of Solutions – Aligning Nature, Politics and Economics”. Huwa tkellem dwar l-isfidi u l-opportunitajiet tal-istati gżejjer żgħar, b’mod partikolari l-impatti minħabba kunflitti u instabbiltà ġeopolitika. 

Hekk kif irrefera għall-instabbiltà bħalissa fir-reġjun tal-Golf, huwa wissa li “għal Malta, tfixkil fl-importazzjoni tal-enerġija u tal-ikel mhumiex riskji astratti, u l-Gvern se jibqa' ffukat li jilqa' għall-impatti internazzjonali anki f'kuntest li pajjiżna għandu suq żgħir.

Sabiex jingħelbu dawn ir-riskji, il-gżejjer żgħar jeħtieġ li jsarrfu l-pożizzjoni ġeografika tagħhom f’vantaġġ ekonomiku u strateġiku, permezz ta’ rwol akbar fil-governanza marittima internazzjonali u fl-organizzazzjonijiet multilaterali, billi jinvestu f’infrastruttura fiżika u diġitali avvanzata u billi jistabbilixxu żoni ekonomiċi speċjali li jattiraw setturi avvanzati u jixprunaw l-innovazzjoni. “Kif nistgħu naraw mill-pożizzjoni ta’ Malta bħala ċentru marittimu ewlieni, meta jsir hekk il-gżejjer isiru ċentri ta’ loġistika stabbli u ħoloq indispensabbli fl-ekonomija internazzjonali, filwaqt li tonqsilhom id-dipendenza fuq potenzi esterni,” sostna d-Deputat Prim Ministru Malti.

Huwa stqarr ukoll li l-inċertezzi globali għandhom iħeġġu lill-pajjiżi biex iħaffu t-trasformazzjoni enerġetika tagħhom. Bħala stat gżira li timporta kważi l-enerġija kollha tagħha, għandha impenn li tibni reżiljenza permezz ta’ interkonnessjonijiet, aktar enerġija rinnovabbli u ħażna tal-enerġija, effiċjenza enerġetika u diversifikazzjoni akbar tas-sorsi.

Il-laqgħa bilaterali tad-Deputat Prim Ministru Borg mal-Ministru Jaishankar iffukat fuq it-tisħiħ tas-sinerġiji eżistenti bejn iż-żewġ pajjiżi f’oqsma ta’ interess komuni, fosthom l-enerġija nadifa, is-saħħa, is-servizzi tal-ICT, il-farmaċewtika, l-ekonomija blu, l-edukazzjoni u l-konnettività.

Id-Deputat Prim Ministru Borg faħħar ukoll lid-dijaspora Indjana f’Malta, li qed tkompli tkattar iżjed rabtiet ġodda ta’ kummerċ u soċjali bejn iż-żewġ pajjiżi. Investituri Indjani għandhom madwar 114-il negozji mifruxa f’diversi setturi fil-Gżejjer Maltin, fosthom investimenti kbar fil-farmaċewtika u fil-bioteknoloġija.

Iż-żewġ Ministri ddiskutew ukoll il-qbil reċenti dwar il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Indja, li se jsaħħaħ ir-rabtiet ekonomiċi tal-Ewropa ma’ waħda mill-aktar ekonomiji li qed jikbru b’ħeffa fid-dinja. Dan se jippreżenta opportunitajiet sbieħ għan-negozji tal-UE, u Malta tapprezza b’mod partikolari l-impenji li ttieħdu f’ċerti setturi, bħal dawk tal-kimika, il-farmaċewtika, l-apparat mediku, makkinarju elettriku, kif ukoll setturi ewlenin tas-servizzi.

Fi New Delhi, Dr Borg iltaqa’ wkoll mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Kooperazzjoni Internazzjonali tar-Repubblika tal-Irwanda, Olivier J.P. Nduhungirehe, u mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Impjiegi Barranin u t-Turiżmu tas-Sri Lanka, Vijitha Herath.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Borg jiltaqa’ mal-Prim Ministru tal-Indja Modi u mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Jaishankar
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Borg jiltaqa’ mal-Prim Ministru tal-Indja Modi u mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Jaishankar
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Borg jiltaqa’ mal-Prim Ministru tal-Indja Modi u mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Jaishankar
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Borg jiltaqa’ mal-Prim Ministru tal-Indja Modi u mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Jaishankar
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow