Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Investiment fil-kwalità tal-edukazzjoni u ambjent f’Ġian Franġisk Abela Junior College

pr260361
Date Icon 04/03/2026

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, dalgħodu inawgura faċilitajiet mgħammra bl-aħħar teknoloġija f’Ġian Franġisk Abela Junior College, li se jservu bħala ċentru modern għal Konferenzi u laqgħat u li minnu se jgawdu kemm l-istudenti, l-edukaturi u l-letturi, imma wkoll il-komunità. 

Connections Conference & Meeting Facilities, li qed jitqies bħala investiment konkret fil-kwalità tal-edukazzjoni u fl-ambjent, joffri spazju versatili u mgħammar b’teknoloġija awdjoviżiva moderna, arranġamenti flessibbli fl-użu tiegħu, kif ukoll faċilitajiet ta’ catering, biex jakkomoda konferenzi, seminars, workshops u laqgħat ta’ livell għoli.

Il-faċilitajiet ġew irranġati u mibdula f’dan iċ-ċentru modern permezz ta’ investiment ta’ madwar €55,000 f’tagħmir, għamara u f’materjal ieħor, apparti x-xogħol li sar fuq il-binja biex tiġi addattata għal dan iċ-ċentru ta’ kwalità.

“Dawn il-faċilitajiet huma eżempju ċar ta’ kif investiment fl-infrastruttura edukattiva jista’ joħloq spazji moderni u inklussivi li verament iservu kemm għat-tagħlim, imma wkoll għall-komunità usa’. Dan il-proġett jirrifletti l-impenn tagħna lejn l-aċċessibbiltà, il-kwalità u l-innovazzjoni, filwaqt li jsaħħaħ ir-rwol ta’ istituzzjonijiet bħall-Junior College bħala ċentri vibranti ta’ skambju akkademiku u ta’ impenn mal-komunità.”

Iċ-ċentru huwa kompletament aċċessibbli biex kulħadd ikun jista’ jagħmel użu minnu b’dinjità u kumdità. Dan jirrifletti l-impenn lejn edukazzjoni inklużiva, li ma tħalli lil ħadd lura. Il-faċilitajiet jintużaw primarjament mill-istudenti u l-ħaddiema professjonali tal-Junior College, kif ukoll minn organizzazzjonijiet esterni, li jkunu jridu jagħmlu użu minn dan iċ-ċentru professjonali.

Il-Prinċipal tal-Junior College, Paul Xuereb, filwaqt li rringrazzja lil kull min ta sehmu f’dan il-proġett, ħeġġeġ lill-istudenti, l-edukaturi u l-letturi kif ukoll lill-komunità, biex jagħmlu l-aħjar użu minn dan iċ-ċentru. 

Huwa fakkar ukoll li nhar il-Ġimgħa l-Kulleġġ għandu Open Day, li matulha dawk kollha li huma interessati li jkomplu l-istudji tagħhom wara s-sekondarja, jistgħu jiffamiljarizzaw ruħhom mhux biss mal-ambjent li joffri dan il-Kulleġġ, imma wkoll ma’ dak kollu li huwa marbut mat-tkomplija tal-edukazzjoni fi ħdan il-Junior College. Aktar informazzjoni tinstab fuq is-sit uffiċjali ta’ Ġian Franġisk Abela Junior College.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Investiment fil-kwalità tal-edukazzjoni u ambjent f’Ġian Franġisk Abela Junior College
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Investiment fil-kwalità tal-edukazzjoni u ambjent f’Ġian Franġisk Abela Junior College
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Investiment fil-kwalità tal-edukazzjoni u ambjent f’Ġian Franġisk Abela Junior College
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow