Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tiġdid tal-Ftehim ta’ Kollaborazzjoni bejn il-Malta Trust Foundation u l-Kulleġġ Malti għall-Arti Viżwali u Performattiva

pr260354
Date Icon 03/03/2026

Kollaborazzjoni li tafferma l-impenn komuni lejn it-tisħiħ edukattiv, l-inklużjoni soċjali u l-emanċipazzjoni fi ħdan il-komunità, iġġedded permezz ta’ ftehim iffirmat illum bejn il-Malta Trust Foundation u l-Kulleġġ Malti għall-Arti Viżwali u Performattiva (MAVC).

L-iffirmar tal-lum isaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ naħat permezz ta’ ftehim ta’ tliet snin. Dan il-ftehim jibni fuq il-ftehim preċedenti li kien wassal għat-twaqqif taċ-Ċentru Villabianca għall-Mużika u l-Arti, pass storiku biex tfal b’abbiltajiet differenti jkollhom aċċess għal-lezzjonijiet mużikali adattati u terapija mużikali.

“Illum qed immorru pass ’il quddiem, għaliex dan il-ftehim il-ġdid jiżgura kontinwità, struttura u sostenibbiltà fit-tul. L-ewwel ftehim kien storiku, filwaqt li dan tal-lum huwa konferma li dak il-pass ma kienx inizjattiva waħda biss, imma parti minn impenn fit-tul lejn Malta aktar inklussiva, aktar ġusta u aktar sensittiva lejn it-talenti kollha ta’ wliedha”, qal il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, li ppreseda l-ftehim.

L-iffirmar kien ippresedut ukoll mill-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca, Fundatriċi u Chairperson Eżekuttiva tal-Malta Trust Foundation. Hija saħqet, “Dan il-ftehim imġedded jirrifletti t-twemmin sod tagħna li l-inklużjoni mhijiex att ta’ karità imma ġustizzja u dinjità. Permezz tal-kollaborazzjoni kontinwa tagħna ma’ dan il-Kulleġġ, qed insaħħu l-opportunitajiet. Qed niżguraw li kull persuna, irrispettivament mill-abbiltà, ikollha aċċess għal parteċipazzjoni sinifikanti, edukazzjoni ta’ kwalità u l-appoġġ meħtieġ biex tirnexxi. Flimkien, qed nibnu soċjetà fejn id-diversità tiġi rikonoxxuta bħala sors ta’ saħħa u fejn ħadd ma jitħalla lura.”

Il-ftehim imġedded jistabbilixxi qafas formali li permezz tiegħu ż-żewġ naħat se jkomplu jiżviluppaw u jimplimentaw inizjattivi konġunti li javvanzaw l-għanijiet edukattivi u soċjali rispettivi tagħhom. Din is-sħubija tirrifletti impenn qawwi u kontinwu lejn il-ħolqien ta’ opportunitajiet inklużivi li jippermettu lill-individwi jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom.

L-isforzi kollaborattivi kollha mwettqa fi ħdan dan il-qafas se jkunu ggwidati mill-prinċipji ewlenin ta’ rispett; inklużjoni; emanċipazzjoni; ugwaljanza; aċċess; parteċipazzjoni; integrazzjoni; diversità; rikonoxximent; appoġġ sostnut u solidarjetà. Dawn il-valuri jsostnu l-viżjoni kondiviża taż-żewġ organizzazzjonijiet, li jrawmu soċjetà aktar inklużiva u ta’ sostenn.

Il-ftehim se jiġi rivedut kull sena biex jiġi żgurat li l-attivitajiet jibqgħu allinjati mal-ħtiġijiet u l-għanijiet li qed jevolvu taż-żewġ organizzazzjonijiet.

It-tiġdid ta’ dan il-ftehim jimmarka stadju ieħor importanti fis-sħubija bejn il-Malta Trust Foundation u l-MAVC. Bit-tisħiħ tal-kollaborazzjoni bejniethom, iż-żewġ organizzazzjonijiet qed jerġgħu jaffermaw id-dedikazzjoni tagħhom lejn il-ħolqien ta’ opportunitajiet, il-promozzjoni tal-inklużjoni u l-bini ta’ komunità li fiha, id-diversità tiġi ċċelebrata u appoġġjata.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tiġdid tal-Ftehim ta’ Kollaborazzjoni bejn il-Malta Trust Foundation u l-Kulleġġ Malti għall-Arti Viżwali u Performattiva
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow