Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi jipparteċipa f’laqgħa dwar il-Koeżjoni fil-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali fi Brussell

PR260339
Date Icon 27/02/2026

Il-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, Stefan Zrinzo Azzopardi, ipparteċipa f’laqgħa dwar il-koeżjoni fil-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali li saret fi Brussell, fejn flimkien mal-Ministri responsabbli mill-politika ta’ koeżjoni fl-Istati Membri tal-UE, ġew diskussi l-futur tal-politika ta’ koeżjoni u r-reviżjoni ta’ nofs il-perjodu tal-programm finanzjarju 2021–2027.

Matul id-diskussjoni, il-Ministru Zrinzo Azzopardi enfasizza li l-politika ta’ koeżjoni tesprimi l-valur tas-solidarjetà Ewropea u tibqa’ strument essenzjali biex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn ir-reġjuni u biex jissaħħu l-komunitajiet lokali. Huwa sostna li r-reviżjoni ta’ nofs il-perjodu wriet li l-politika tista’ tadatta għal realtajiet ġodda, filwaqt li tkompli twassal riżultati tanġibbli għaċ-ċittadini Ewropej.

Il-Ministru qal li l-flessibbiltà fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni hija importanti, iżda għandha tirrispetta r-realtajiet nazzjonali ta’ kull Stat Membru. Huwa rrimarka li pajjiżi bħalma hi Malta, li diġà investew b’mod proattiv f’oqsma strateġiċi bħar-reżiljenza tal-ilma, għandhom ikunu rikonoxxuti u appoġġjati wkoll fil-programm 2028-2034.

Huwa saħaq ukoll li l-politika ta’ koeżjoni trid tibqa’ bbażata fuq approċċ territorjali u fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà, fejn l-Istati Membri jkollhom ir-responsabbiltà u l-flessibbiltà li jadattaw l-investimenti għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom. “Politika ta’ koeżjoni effettiva hija waħda li tgħaqqad id-direzzjoni Ewropea mal-implimentazzjoni nazzjonali,” sostna l-Ministru.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi enfasizza wkoll li l-qafas futur wara l-2027 għandu jqis ir-realtajiet ta’ Stati Membri żgħar u gżejjer, fejn ċerti kriterji komuni jistgħu joħolqu inġustizzji. Huwa sostna li s-solidarjetà Ewropea għandha tkun ibbażata fuq l-ekwità u mhux fuq l-uniformità.

Fl-intervent tiegħu, il-Ministru appella għal qafas finanzjarju li jkun prevedibbli iżda fl-istess ħin reattiv għal kriżijiet, b’proċeduri simplifikati u finanzjament adegwat biex jiġi żgurat li l-flessibbiltà tissarraf f’riżultati li jħallu impatt.

Il-Ministru temm jgħid li l-politika ta’ koeżjoni mhijiex strument għal żmien qasir, iżda investiment fit-tul li jsaħħaħ il-kompetittività, ir-reżiljenza u l-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiżi kollha Ewropej, inkluż Malta.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi jipparteċipa f’laqgħa dwar il-Koeżjoni fil-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali fi Brussell
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi jipparteċipa f’laqgħa dwar il-Koeżjoni fil-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali fi Brussell
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi jipparteċipa f’laqgħa dwar il-Koeżjoni fil-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali fi Brussell
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi jipparteċipa f’laqgħa dwar il-Koeżjoni fil-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali fi Brussell
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow