Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Arti Pubblika f’Għawdex: Jitħabbru l-erba’ proġetti artistiċi li se jkunu installati f’postijiet pubbliċi madwar Għawdex

PR260334
Date Icon 27/02/2026

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri attenda għat-tnedija ta' erba' proġetti artistiċi li se jiġu installati f'postijiet pubbliċi madwar Għawdex. Dan wara sejħa għall-arti pubblika mill-artisti Għawdxin li issa waslet fil-fażi tal-installazzjoni.

Il-Ministru Clint Camilleri stqarr li dawn huma “biċċiet tal-arti magħmula minn artisti prominenti Għawdxin li ser ikunu qegħdin isebbħu, anke jkomplu għaddejjin fuq il-moviment kulturali li hawn fil-gżira Għawdxija anke fid-dawl tal-Victoria 2031, il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura, fejn Għawdex hemmhekk ukoll mistenni jieħu din il-pjattaforma Ewropea. Ser inkunu qegħdin inħarsu 'l quddiem sabiex xahar wara l-ieħor inkunu qegħdin ninstallaw dawn il-monumenti pubbliċi li lkoll kemm huma għandhom l-interpretazzjoni tagħhom u għaldaqstant ukoll, inħeġġeġ lil kulħadd sabiex isegwi dawk li ser inkunu qegħdin nagħmlu f'dawn l-ispazji pubbliċi madwar il-gżira t'Għawdex."

Ix-xogħlijiet magħżula tal-artisti huma:

  • Encounter – Artist Christopher Saliba
  • Wieħed – Artist Austin Camilleri
  • Fish Can Fly – Artist Vince Caruana
  • Ancestors – Artist Mario Agius

Din l-inizjattiva tfisser investiment mhux biss fl-arti, iżda wkoll fil-karattru, fl-identità u fil-kwalità tal-ispazji pubbliċi madwar Għawdex. L-iskema twieldet b'għan ċar: li tkompli żżid l-arti pubblika fil-gżira u toħloq opportunità konkreta għall-artisti Għawdxin sabiex il-kreattività tagħhom tieħu forma f'xogħlijiet artistiċi fl-ispazju pubbliku. L-installazzjoni tal-erba' xogħlijiet tal-arti pubblika se tkun qed issir matul ix-xhur li ġejjin.

Il-Ministru Clint Camilleri temm billi rringrazzja lill-artisti u lil dawk kollha li taw sehemhom sabiex dawn l-erba' proġetti setgħu jkunu possibbli, filwaqt li qal li jħares 'il quddiem għall-installazzjoni tagħhom sabiex jibdew jitgawdew mill-pubbliku.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Arti Pubblika f’Għawdex: Jitħabbru l-erba’ proġetti artistiċi li se jkunu installati f’postijiet pubbliċi madwar Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Arti Pubblika f’Għawdex: Jitħabbru l-erba’ proġetti artistiċi li se jkunu installati f’postijiet pubbliċi madwar Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Arti Pubblika f’Għawdex: Jitħabbru l-erba’ proġetti artistiċi li se jkunu installati f’postijiet pubbliċi madwar Għawdex
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow