STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU ELETTORALI
PR260321
26/02/2026
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta':
Triq Edmund Halley, Triq Jane Goodall u Triq Marie Curie, Il-Mellieħa;
Trejqet il-Bajja u Triq Karl Gouder, San Ġiljan;
Triq Raymond Pitrè, Is-Swieqi; u
Triq id-Deffa, Ta' Xbiex
li l-bibien f'dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-24 ta' Frar, 2026, u jidher ukoll fil-websajt tal-Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Indirizzi (address.gov.mt) taħt is-sezzjoni 'Latest Publications'. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mill-24 ta' Frar, 2026.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN