STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Għajnuna lil ommijiet u oħrajn li jkunu qed jistennew tarbija
“Dan huwa Gvern li jinteressah minn kulħadd, anke minn dawk il-pockets żgħar fis-soċjetà tagħna. Huwa essenzjali li naħsbu f'kull realtà, u għandna l-impenn sabiex naraw illi kulħadd ikollu postu fis-soċjetà." Stqarr dan il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon waqt li kien qed jassisti għat-tielet ftehim soċjali, li l-Ministeru kkonferma sabiex jibqa' s-servizz minn Dar Tgħanniqa t'Omm, immexxija minn Life Network Foundation.
Din ir-residenza tassisti tfajliet li jkunu qed jistennew tarbija, u li fil-preżent ikunu għaddejja minn sfidi soċjali u li jkollhom bżonn għajnuna aktar minn oħrajn waqt dan il-perjodu. Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal, ser ikun qed jalloka aktar minn €700,000 sabiex jiggarantixxi l-għoti tas-servizzi minn professjonisti f'din ir-residenza.
“Aħna Gvern li jinteressana minn kulħadd, anke minn dawk l-iżgħar minoritajiet li għandna f'pajjiżna. Kull minorita hija importanti, jekk infallu f'waħda minnhom, inkunu qed nonqsu mill-irwol u d-dover illi għandna sabiex namministraw pajjiżna," saħaq il-Ministru Michael Falzon.
Min-naħa tagħha, il-Kap Eżekuttiv ta' Life Network Foundation, Miriam Sciberras, tkellmet dwar kemm hija ta' prijorità l-għajnuna li tingħata lil tfajliet li jkunu qed jgħixu f'sitwazzjoni u ambjent diffiċli mingħajr sapport. “Matul is-sena li għaddiet kien hemm 42 omm li ngħataw assistenza u sapport. Grati għall-għajnuna tal-Gvern, sabiex jingħataw bl-aqwa mod possibbli dawn is-servizzi, mogħtija minn professjonisti u ħaddiema fil-qasam soċjali," stqarret Miriam Sciberras.
Matul dan l-iffirmar issuktaw ukoll testimonjanzi t'ommijiet, li jaraw din ir-residenza bħala serħan il-moħħ u tama għall-kumplament ta' ħajjithom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN