Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Videos edukattivi dwar il-vjolenza domestika għall-istudenti fil-lezzjonijiet tal-PSCD

PR260301
Date Icon 24/02/2026

Is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza u l-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika nedew inizjattiva ġdida permezz ta' videos edukattivi għall-istudenti biex iservu ta' bażi għal diskussjonijiet biex jagħrfu jevitaw sitwazzjonijiet li jwasslu għal forom varji ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika.

Din l-inizjattiva tinvolvi 6 filmati qosra b'sitwazzjonijiet diversi li wħud minnhom ġew adattati minn produzzjonijiet teatrali li saru fil-komunità fil-kampanja 'Nieqfu Flimkien. Flimkien Infiqu' fis-16-il Jum ta' Attiviżmu kontra l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru.

Dawn il-videos ser iservu bħala għodda edukattiva u viżiva waqt il-lezzjonijiet tal-PSCD fl-iskejjel. Ser iservu wkoll bħala għodda ta' taħriġ għal professjonisti li jiltaqgħu ma' każijiet ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru u vjolenza domestika.

Dawn il-filmati jesponu sitwazzjonijiet differenti ta' abbuż u jisħqu dwar l-importanza li wieħed jieħu azzjoni biex jevita kwalunkwe forma ta' vjolenza domestika. Din l-inizjattiva ġiet varata fl-iskola St Francis, Birkirkara, u tagħmel parti mit-twettiq tal-Istrateġija Nazzjonali dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika li tisħaq dwar it-tagħlim u l-għarfien tal-forom li fil-liġi huma kkunsidrati bħala vjolenza domestika.

Bi qbil mal-awtoritajiet edukattivi, din l-inizjattiva ser tkun parti mill-kontenut li jilħqu l-għanijiet tal-kurrikulu tal-PSCD sabiex l-istudenti jħossuhom komdi jitkellmu fuq dan is-suġġett tant sensittiv sa min età bikrija.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg saħqet dwar ir-rispett personali u l-importanza li l-għarfien dwar forom varji ta' abbuż jibda minn età bikrija. Hija qalet li din l-inizjattiva hija ħolqa f'katina ta' inizjattiva li ttieħdu fl-aħħar xhur bil-għan li tiżdied il-prevenzjoni tal-vjolenza domestika.

Il-Kummissarju dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika Samantha Pace Gasan innotat kif l-arti u l-kollaborazzjoni qed tintuża bħala mezz sabiex nipprevjenu d-diversi forom tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika. Hija spjegat li dawn il-filmati ser iħeġġu l-istudenti jesprimu ħsibijiethom u l-esperjenzi tagħhom filwaqt li jitgħallmu dwar il-valuri tal-kunsens u kif  jaċċessaw għajnuna professjonali.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Videos edukattivi dwar il-vjolenza domestika għall-istudenti fil-lezzjonijiet tal-PSCD
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow