Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imniedi s-servizz tal-insulin pumps f’Għawdex

PR260300
Date Icon 24/02/2026

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ħabbar it-tnedija tas-servizz tal-insulin pumps (frixa artifiċjali) f'Għawdex. Dan is-servizz se jtejjeb l-kwalità tal-ħajja u jnaqqas il-kumplikazzjonijiet ta' tfal u żgħażagħ li jgħixu bid-dijabete tat-Tip 1.

“Illum għamilna pass ieħor importanti għall-Għawdxin fil-kura tad-dijabete f'pajjiżna," stqarr il-Ministru Jo Etienne Abela. Huwa spjega li dan huwa parti minn investiment ta' kważi €2 miljun f'tagħmir u taħriġ tal-impjegati fuq medda ta' sentejn. Dr Abela kompla jispjega li l-pompa tal-insulina 'Tandem t:slim x2' taħdem f'sinerġija mas-CGM (Continuous Glucose Monitors) li diġà huma pprovduti mill-Gvern b'investiment ta' €10 miljun. Din hija teknoloġija li toffri terapija bl-insulina b'mod awtomatiku u kostanti.

Il-Ministru Abela ħabbar ukoll it-twaqqif ta' klinika apposta fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex. Ġie stabbilit ukoll servizz ta' contact centre li jaħdem 24/7 li se joffri pariri u għajnuna relatati ma' dan it-tagħmir.

Dr Abela qal kif sal-lum, 9 pazjenti taħt it-18-il sena diġà qed jibbenefikaw minn dan l-investiment. Is-servizz diġà ġie estiż għall-pazjenti li jiżviluppaw id-dijabete wara kirurġija għat-tneħħija totali tal-frixa. Huwa saħaq li l-mira tal-Gvern hija li fil-futur is-servizz ikun jista' jiġi estiż biex ikopri lill-pazjenti kollha bid-dijabete tat-Tip 1.

“Illum wettaqna wegħda oħra. L-investiment tal-lum huwa pass ieħor favur il-pazjenti Għawdxin. Mhux biss qed noffru rivoluzzjoni fit-trattament tad-dijabete, iżda qed noffru appoġġ u serħan il-moħħ għall-ġenituri wkoll. Kommessi li nkomplu noffru l-aħjar kura tal-ogħla kwalità lill-pazjenti Għawdxin u Maltin," temm jgħid Dr Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imniedi s-servizz tal-insulin pumps f’Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imniedi s-servizz tal-insulin pumps f’Għawdex
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow