Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Appoġġ sħiħ lil riċerkaturi Maltin li qed iwittu t-triq għall-innovazzjoni fis-settur tal-Istil ta’ Ħajja u l-Esperjenza

pr260298
Date Icon 24/02/2026

Is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni organizza t-tieni minn serje ta' ħames avvenimenti tematiċi b'kollaborazzjoni ma' Xjenza Malta. Dan l-avveniment, iffukat fuq is-settur tal-Istil ta' Ħajja u l-Esperjenza (Lifestyle and Experience), serva bħala pjattaforma biex jintwera kif ir-riċerka f'Malta qed tittrasforma s-sinsla tal-ekonomija tagħna u l-mod kif ngħixu kuljum.

Waqt id-diskors tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti saħaq li l-innovazzjoni f'dan il-qasam mhijiex biss dwar bidliet żgħar, iżda hija l-mutur li qed tmexxi lil Malta lejn futur aktar modern. Huwa spjega li l-Viżjoni Malta 2050 għandha l-mira li tibni pajjiż li jmexxi l-bidla permezz ta' investiment f'teknoloġiji bħall-Internet of Things (IoT) u l-Intelliġenza Artifiċjali. “Qed niżguraw li l-industriji tradizzjonali tagħna, bħat-turiżmu u l-ospitalità, isiru aktar reżiljenti," sostna s-Segretarju Parlamentari. Huwa żied jgħid li l-Gvern huwa impenjat li jkompli joffri opportunitajiet fejn l-aqwa imħuħ Maltin jistgħu jaraw l-ideat tagħhom isiru realtà f'pajjiżhom stess.

L-avveniment inkluda l-preżentazzjoni ta' żewġ proġetti innovattivi li qed jagħmlu differenza prattika għan-negozji u l-konsumaturi:

  • IoTAP: Proġett immexxi minn Glenn Sciortino (Loop Services Ltd), li joffri pjattaforma ta' awtomazzjoni intelliġenti għal negozji żgħar u medji. Din l-għodda tnaqqas l-ispejjeż tal-enerġija u l-impatt ambjentali filwaqt li ttejjeb l-esperjenza tal-klijenti, b'proġett pilota bħalissa fis-settur tal-ospitalità.

  • TABLEO-AI Assistant: Żviluppat minn Jonathan Azzopardi Frantz b'kollaborazzjoni mal-MCAST, dan il-proġett juża l-Intelliġenza Artifiċjali biex jassisti lis-sidien tar-ristoranti fl-immaniġġjar tar-riżervazzjonijiet u l-komunikazzjoni mal-klijenti. L-assistent diġitali jtejjeb l-effiċjenza operattiva u jipprovdi rakkomandazzjonijiet strateġiċi bbażati fuq id-data.

    Ir-riċerkaturi spjegaw li l-kollaborazzjoni bejn l-akkademja u s-settur privat hija kruċjali biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet b'potenzjal globali. Permezz ta' dawn l-inizjattivi, Xjenza Malta qed tkompli ssaħħaħ l-ekosistema tar-riċerka f'Malta, b'benefiċċji diretti fuq il-kwalità tal-ħajja u s-sostenibbiltà nazzjonali.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Appoġġ sħiħ lil riċerkaturi Maltin li qed iwittu t-triq għall-innovazzjoni fis-settur tal-Istil ta’ Ħajja u l-Esperjenza
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Appoġġ sħiħ lil riċerkaturi Maltin li qed iwittu t-triq għall-innovazzjoni fis-settur tal-Istil ta’ Ħajja u l-Esperjenza
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Appoġġ sħiħ lil riċerkaturi Maltin li qed iwittu t-triq għall-innovazzjoni fis-settur tal-Istil ta’ Ħajja u l-Esperjenza
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow