Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĠ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Irrinnovata s-Sala fil-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR260294
Date Icon 23/02/2026

Tlesta l-proġett komprensiv ta’ manutenzjoni u rinnovar tas-sala fil-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli b’investiment ta’ aktar minn €300,000. Fiha sar titjib sħiħ bil-għan li tissaħħaħ il-funzjonalità u l-kwalità ġenerali tagħha. Ix-xogħol sar mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni permezz tad-Direttorat tal-Loġistika u l-Infrastruttura u taħt il-programmi tal-EDU Infrastructure. Din is-sala tintuża wkoll mill-istudenti tal-Iskola tal-Arti Viżwali u Performattiva li tinsab fl-istess kumpless.

“Permezz ta’ dan l-investiment tejjibna mhux biss l-aspett viżwali, imma wkoll b’pariri professjonali tejjibna l-funzjoni tas-sala, bl-aħjar teknoloġija f’dak li huwa akustika u dwal biex b’hekk is-sala issa hija waħda professjonali biex taqdi l-bżonnijiet edukattivi tal-Arti Viżwali u Performattiva u wkoll tal-Mużika,” spjega l-Ministru Clifton Grima meta dalgħodu żar ix-xogħol li sar f’din is-sala. “Dan huwa riflessjoni tal-impenn tagħna f’kull settur edukattiv, biex l-istudenti u l-edukaturi jkollhom l-aqwa ambjent possibbli fil-perkors edukattiv”, qal il-Ministru Grima.

Dan l-investiment sostanzjali wassal għal trasformazzjoni sħiħa tal-faċilità, u issa s-sala tipprovdi spazju modern u mgħammar b’mod sħiħ, adattat għal laqgħat ġenerali,  ċerimonji u attivitajiet edukattivi u kulturali oħra għall-istudenti, l-edukaturi u l-komunità skolastika.

Bħala parti mill-proġett, ġiet installata sistema elettrika ġdida, pannelli moderni tad-distribuzzjoni, sistemi aġġornati ta’ protezzjoni tal-kurrent, u wkoll provvista dedikata għall-illuminazzjoni tal-palk u s-sistema tal-awdjo. Is-sistema l-ġdida tiżgura aktar sigurtà, affidabbiltà u konformità mal-istandards attwali.

Is-sala issa tibbenefika wkoll minn sistema ġdida ta’ dawl LED effiċjenti fl-użu tal-enerġija, li tipprovdi dawl aktar qawwi u mqassam b’mod uniformi fl-ispazju kollu, filwaqt li tnaqqas il-konsum tal-enerġija u l-ispejjeż operattivi fit-tul.

Attenzjoni partikolari ngħatat lill-palk, bis-sistema tad-dawl li ġiet aġġornata u integrata ma’ sound mixer professjonali. Dan it-titjib jippermetti li jsiru produzzjonijiet teatrali, ċerimonji skolastiċi u avvenimenti formali b’livell tekniku ogħla. Ġew installati sistemi speċifiċi ta’ trattament akustiku kemm fis-saqaf kif ukoll mal-ħitan, inklużi pannelli li jassorbu l-ħoss u tagħmir speċjalizzat. Dawn l-interventi joħolqu ambjent aktar komdu u adattat għal laqgħat kbar, wirjiet u attivitajiet oħra.

Ir-rinnovar inkluda wkoll l-installazzjoni ta’ parquet ġdid fuq il-palk, li jipprovdi wiċċ durabbli, sigur u estetikament raffinat, adattat għal wirjiet u avvenimenti formali. Barra minn hekk, l-art prinċipali tas-sala ġiet sostitwita kompletament b’wiċċ ġdid ta’ kwalità għolja, iddisinjat biex jiflaħ għal użu intensiv ta’ kuljum. 

Dan il-proġett jirrifletti l-impenn kontinwu tal-Ministeru li jinvesti f’infrastruttura edukattiva ta’ kwalità għolja li tibbenefika direttament lill-istudenti u lill-edukaturi. Permezz tal-modernizzazzjoni ta’ dawn il-faċilitajiet, il-Ministeru qed jiżgura li l-iskejjel ikunu mgħammra bi spazji  funzjonali u teknikament avvanzati li jappoġġjaw kemm l-iżvilupp akkademiku kif ukoll dak extra-kurrikulari.

Permezz tal-programmi tal-EDU Infrastructure, il-Ministeru jkompli jsaħħaħ u jimmodernizza l-ambjenti skolastiċi madwar il-pajjiż, billi jinvesti f’infrastruttura sostenibbli u ta’ kwalità li ttejjeb direttament it-tagħlim, l-edukazzjoni u l-benesseri tal-istudenti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĠ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Irrinnovata s-Sala fil-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĠ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Irrinnovata s-Sala fil-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow