Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Shape Your Space – Jibda t-tindif fil-White Rocks

pr260284
Date Icon 20/02/2026

Aktar minn 600 tunellata ta’ skart miġbura fi tlett ijiem

Matul din il-ġimgħa beda proċess estensiv ta’ tindif fil-White Rocks immexxi mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika. 

B’ħidma konġunta bejn Project Green u Clean Malta, it-tindif qed isir bil-għan li ż-żona titnaddaf mill-iskart li akkumula tul is-snin, inkluż skart ta’ kostruzzjoni, u b’hekk il-post isir aktar aċċessibbli u sigur. Fi tlett ijiem biss inġabru mas-600 tunellata ta’ skart.

Waqt żjara tax-xogħlijiet mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika Glenn Bedingfield, ġie spjegat kif f’dan il-proċess ta’ tindif, inkixfu żoni li minħabba l-iskart u ħaxix li akkumula maż-żmien, sfaw mgħottija. 

Il-Ministru Dalli spjegat kif għall-White Rocks il-ħsieb hu li filwaqt li jiġu mfassla l-pjanijiet fit-tul, anke riżultat tal-konsultazzjoni pubblika, ikun hemm partijiet minnu li jibdew ikunu aċċessibbli għan-nies fi żmien mhux bogħod, u huwa proprju għal dan il-għan li beda dan il-proċess ta’ tindif. 

“Il-konsultazzjoni pubblika dwar it-tliet parks nazzjonali għadha għaddejja u daħlu ħafna ideat b’mod partikolari fejn jidħol il-White Rocks. Kien għalhekk li diġà tlaqna bl-ewwel inizjattivi inkluż it-tneħħija ta’ skart li hawn fuq is-sit mid-Diviżjoni għat-Tindif b’mod partikolari skart ta’ kostruzzjoni, kif ukoll xogħol min-naħa ta’ Project Green biex jinżabru żoni differenti. Irridu li n-nies jibdew jiġu f’dan il-post u jibdew jieħdu l-feel ta’ dan il-post u nkomplu niżviluppaw l-ideat tagħna biex din l-area verament issir park nazzjonali min-nies għan-nies,” qalet il-Ministru Miriam Dalli. 

Is-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield stqarr li, “Illum qed nibdew kapitlu ġdid għall-pajjiżna. Qed nagħtu lura lill-familji Maltin l-akbar medda ta' art f’pajjiżna biex issir pulmun aħdar għall-familji tagħna, post fejn it-tfal jilgħabu, il-ġenituri jistrieħu u l-komunità tingħaqad. Dan hu investiment kuraġġuż, u bla preċedent, fil-kwalità tal-ħajja u fil-futur tal-Maltin – investiment li qed nagħmluh possibbli għax għandna ekonomija b’saħħitha. Qed nibnu Malta aktar umana, aktar sabiħa u aktar ambizzjuża.”

Ladarba jkun konkluż il-proċess ta’ tindif, Project Green tiskatta fażi oħra tax-xogħlijiet fejn tkun qed tanalizza s-sit f’aktar dettal, inkluż studji fuq it-tipografija taż-żona, analiżi tal-istrutturi eżistenti kif ukoll studji fuq il-flora u fawna.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Shape Your Space – Jibda t-tindif fil-White Rocks
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Shape Your Space – Jibda t-tindif fil-White Rocks
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Shape Your Space – Jibda t-tindif fil-White Rocks
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Shape Your Space – Jibda t-tindif fil-White Rocks
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow