Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR: Is-Solidarjetà Ewropea trid isseħħ fil-prattika, tkun ġusta u inklussiva għal gżejjer żgħar bħal Għawdex u Malta

pr260279
Date Icon 20/02/2026


Il-Ministru Clint Camilleri b'diskors b'saħħtu waqt laqgħa tas-CPMR f'Ċipru sabiex l-Unjoni Ewropea timmodernizza l-Fond Ewropew ta' Solidarjetà

Waqt konferenza tas-CPMR (Conference of Peripheral Maritime Regions) li qed issir f'Lefkosia, Ċipru, il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri, appella għal riforma urġenti tal-Fond Ewropew ta' Solidarjetà sabiex dan jirrifletti aħjar ir-realtajiet u l-vulnerabbiltajiet ta' Stati Membri gżejjer żgħar, bħal Għawdex u Malta.

Fl-intervent tiegħu fil-Political Bureau tas-CPMR, il-Ministru Camilleri rrefera għad-danni kkawżati mill-maltempata Harry, li laqtet diversi pajjiżi Ewropej inklużi Malta u Għawdex, kif ukoll il-Portugall, in-Nofsinhar tal-Italja u l-Greċja. Huwa enfasizza li f'reġjuni gżejjer bħal Għawdex, il-konsegwenzi ta' temp estrem jinħassu b'mod aktar qawwi, b'riskju ta' qtugħ fil-konnettività, dewmien fil-provvista u diffikultajiet fl-aċċess għal servizzi essenzjali.

Il-Ministru stqarr li, “hawnhekk mhux qed nitolbu trattament speċjali, iżda trattament ġust. It-temp ħażin u t-tibdil fil-klima ma jagħmlux distinzjoni bejn pajjiżi kbar u żgħar. Għalhekk lanqas is-solidarjetà Ewropea m'għandha tiddependi mid-daqs, iżda mill-ġustizzja."

Il-Ministru Camilleri spjega kif dawn l-avvenimenti estremi komplew juru l-vulnerabbiltà tal-gżejjer quddiem it-tibdil fil-klima. Huwa nnota li, minkejja d-danni li sofriet Malta, il-kriterji attwali tal-Fond Ewropew ta' Solidarjetà joħolqu ostakli strutturali serji biex tiġi aċċessata l-għajnuna. Skont il-kriterji nazzjonali, Malta trid issofri danni li jaqbżu 0.6% tad-Dħul Gross Nazzjonali tagħha sabiex tkun eliġibbli għall-għajnuna. F'termini prattiċi, dan ifisser aktar minn €121.5 miljun fl-2026, limitu li huwa sproporzjonat għal gżejjer żgħar.

Huwa spjega wkoll kif pajjiżi akbar jistgħu jibbenefikaw minn mekkaniżmi alternattivi, fosthom kriterji reġjonali u limiti differenti, li iżda ma japplikawx għal Malta minħabba l-klassifikazzjoni tagħha bħala reġjun wieħed NUTS 2. Dan, sostna l-Ministru, iwassal għal sitwazzjoni fejn Stati Membri kbar għandhom aktar minn triq waħda biex jikkwalifikaw għall-għajnuna, filwaqt li Stati żgħar bħal Malta jibqgħu żvantaġġati.

F'dan il-kuntest, il-Ministru appella biex l-Unjoni Ewropea timmodernizza l-Fond Ewropew ta' Solidarjetà, tintroduċi limiti aktar ġusti u tqis dispożizzjonijiet speċifiċi għal reġjuni iżolati u gżejjer, filwaqt li tgħaddi minn approċċ reattiv għal wieħed proattiv fil-qasam tar-reżiljenza klimatika.

Il-Ministru Clint Camilleri fakkar li Malta ilha membru tal-Unjoni Ewropea għal aktar minn 20 sena u dejjem uriet l-impenn tagħha lejn il-valuri Ewropej, il-kooperazzjoni u s-solidarjetà. Huwa temm jgħid li llum qed jintalab li din is-solidarjetà tkun realizzata mhux biss fil-prinċipju, iżda wkoll fil-prattika.

Ritratti: MGP

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR: Is-Solidarjetà Ewropea trid isseħħ fil-prattika, tkun ġusta u inklussiva għal gżejjer żgħar bħal Għawdex u Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR: Is-Solidarjetà Ewropea trid isseħħ fil-prattika, tkun ġusta u inklussiva għal gżejjer żgħar bħal Għawdex u Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow