Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI U L-AKKOMODAZZJONI Il-Gvern jirdoppja l-għotja għar-riabilitazzjoni ta’ postijiet battala

pr260272
Date Icon 19/02/2026

Is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni Andy Ellul ħabbar li minn din is-sena l-għotja marbuta ma' riabilitazzjoni ta' postijiet battala li mbagħad jgħaddu fl-inventarju tal-Awtorità tad-Djar, se tirdoppja għal €50,000.

Dr Ellul ħabbar ukoll li fejn qabel biex wieħed jikkwalifika għall-għotja l-proprjetà kellha tkun ilha 30 sena mibnija, din issa inbidlet u dawk il-proprjetajiet kollha li ilhom mibnija 20 sena issa jistgħu jikkwalifikaw. “B'dan il-mod qed inwessgħu l-eliġibbiltà għal min jista' japplika għal din l-iskema," spjega Dr Ellul.

Ir-Rehabilitation of Vacant Dwellings for Rent Scheme (RVU) hija inizjattiva fejn persuna li jkollha proprjetà li ilha vojta aktar minn sena tista' tibbenefika minn fondi sabiex tirranġa jew tirriabilita din il-proprjetà. Ladarba ssir din ir-riabilitazzjoni, il-proprjetà  tidħol fl-iskema 'Nikru biex Nassistu'. Sas-sena l-oħra kull applikant kien jirċievi sa €25,000, bl-għotja din is-sena tirdoppja għal massimu ta' €50,000.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet  f'Ħal Għaxaq li matulha kienu mħabbra t-tibdiliet ta' din l-iskema, is-Segretarju Parlamentari Ellul spjega kif permezz ta' dan il-mudell il-Gvern qed joħloq ċertezza fuq żewġ naħat. “Fuq in-naħa tas-sid hemm serħan il-moħħ li għandu post mikri lill-Awtorità tad-Djar għal għaxar snin bi dħul stabbli u fuq in-naħa l-oħra, jiġifieri għal dawk l-aktar fil-bżonn, ċertezza ta' saqaf fuq rashom li joffri dinjità u stabbilità."

Dr Ellul qal li din l-iskema hija parti minn elenku ta' skemi li l-Awtorità tad-Djar għandha biex tagħti spinta lill-provvista ta' akkomodazzjoni affordabbli. “Grazzi għal din l-iskema sid ta' proprjetà jista' jagħmel xogħlijiet ta' tiswija strutturali biex post battal u mitluq jilħaq livelli bażiċi ta' akkomodazzjoni residenzjali."

Dr Ellul kompla jgħid li t-tibdil f'din l-iskema tifforma parti minn sistema aktar wiesgħa ta' akkomodazzjoni soċjali. “Din l-iskema hija mudell sostenibbli li jgħaqqad l-interess tas-sidien u l-użu effiċjenti tal-proprjetà mal-ħtieġa soċjali tal-pajjiż sabiex flimkien jgħinuna nkomplu nagħtu d-dinjità lil aktar persuni u aktar familji, u sabiex inkomplu nassiguraw li kull persuna f'Malta jkollha saqaf fuq rasha."

Min-naħa tiegħu l-Kap Eżekuttiv tal-Awtoritàtad-Djar Matthew Zerafa qal li permezz ta' din l-iskema qed tingħata opportunità “lill-anzjani li għandhom villeġġjatura li m'għadhiex tintuża u jixtiequ jagħmlu użu aħjar minnha, kif ukoll familja li wirtet dar antika li baqgħet vakanti minħabba l-piż finanzjarju tar-restawr." Is-Sur Zerafa spjega kif dawn il-€50,000 jistgħu jintużaw għal tiswijiet strutturali, alterazzjonijiet jew estensjonijiet meħtieġa, xogħlijiet relatati ma' elettriku, plumbing u drenaġġ u tiswijiet jew bdil ta' madum, aperturi u bibien, fost oħrajn.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI U L-AKKOMODAZZJONI Il-Gvern jirdoppja l-għotja għar-riabilitazzjoni ta’ postijiet battala
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow