Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ġustizzja soċjali ma’ persuni vulnerabbli: Sostenn b’saħħtu lil dawk li jtemmu b’suċċess programm ta’ riabilitazzjoni

pr260262
Date Icon 18/02/2026

Il-Gvern huwa ffukat sabiex ikompli jwettaq ġustizzja soċjali ma' kulħadd, speċjalment dawk l-aktar persuni vulnerabbli u li jkunu f'sitwazzjonijiet diffiċli. Minbarra l-implimentazzjoni ta' miżuri kbar li jolqtu eluf ta' persuni, dan il-Gvern huwa konxju ta' realtajiet li jaffettwaw minoritajiet. Għaldaqstant, kontinwament jiġu implimentati miżuri li jħarsu l-benesseri u li jagħtu  kwalità ta' ħajja aħjar lil dawn il-persuni.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon għamel żjara f'Komunità Santa Maria, residenza fejn fiha jingħata programm ta' riabilitazzjoni mid-droga. Hawnhekk, il-Ministru Falzon iltaqa' u tkellem mar-residenti li qed jagħmlu programm ta' riabilitazzjoni, kif ukoll mal-amministrazzjoni u l-professjonisti li qed jagħtu dan is-servizz. Kien hawn, illi ħabbar illi ser jidħlu fis-seħħ żewġ miżuri li jolqtu direttament lill-persuni li jkunu qed iwettqu programm ta' riabilitazzjoni mid-droga.

“Ser inkomplu ngħinukom biex titilgħu tarġa oħra f'ħajjitkom, għax verament nemmnu fil-ġustizzja soċjali. Ilkoll tafu, kif nħaddnu politika fejn ma niġġudikaw lil ħadd, lanqas lil min jerġa' jfittex l-għajnuna għat-tieni u t-tielet darba," stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Min-naħa tiegħu s-Segretarju Permanenti Mark Musù spjega kif ser tingħata żieda ta' €10 fil-ġimgħa fl-allowance li titħallas lil persuni dipendenti fuq id-droga li jkunu qed jattendu programm ta' riabilitazzjoni. “Aktar minn hekk, kemm-il darba jtemmu b'suċċess il-programm ta' riabilitazzjoni u jsibu xogħol fiss, minn din is-sena ngħataw id-dritt li jikkwalifikaw għal 4 snin kontribuzzjonijiet akkreditati tas-sigurtà soċjali, u min iħaddimhom se jkun eżentat mill-ħlas ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tagħhom għal sentejn," spjega s-Segretarju Permanenti Mark Musù.

Min-naħa tiegħu, d-Direttur tas-Sedqa, Charles Scerri, esprima l-importanza ta' miżuri bħal dawn illi jkomplu jagħtu sostenn f'dik li hija l-aħħar fażi tal-programm li toffri s-Sedqa. Dan minħabba l-fatt li l-aħħar fażi tal-programm ta' riabilitazzjoni, tkun l-aktar waħda li toffri sfida, meta dawn il-persuni jerġgħu jintegraw lura fil-komunità.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ġustizzja soċjali ma’ persuni vulnerabbli: Sostenn b’saħħtu lil dawk li jtemmu b’suċċess programm ta’ riabilitazzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ġustizzja soċjali ma’ persuni vulnerabbli: Sostenn b’saħħtu lil dawk li jtemmu b’suċċess programm ta’ riabilitazzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ġustizzja soċjali ma’ persuni vulnerabbli: Sostenn b’saħħtu lil dawk li jtemmu b’suċċess programm ta’ riabilitazzjoni
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow