Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Appoġġ sħiħ lil riċerkaturi Maltin li qed iwittu t-triq għall-innovazzjoni fis-settur tas-saħħa

pr260261
Date Icon 18/02/2026

Is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni llum ħejja l-ewwel minn serje ta' ħames avvenimenti tematiċi organizzati b'kollaborazzjoni ma' Xjenza Malta. Dan l-avveniment, li ffoka fuq is-settur tas-saħħa, serva bħala pjattaforma biex jintwera t-talent u d-dedikazzjoni fil-komunità xjentifika Maltija, fejn ir-riċerkaturi qed jużaw teknoloġiji avvanzati bħall-Intelliġenza Artifiċjali biex jindirizzaw sfidi mediċi.

Waqt id-diskors tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti saħaq li Malta m'għadhiex biss konsumatur tat-teknoloġija, iżda saret żviluppatur kuraġġuż tagħha. Huwa spjega li l-viżjoni tal-Gvern anke permezz tal-Viżjoni Malta 2050 hija li jinbena mudell ekonomiku sostenibbli mibni fuq l-innovazzjoni u l-kapital uman. “Permezz ta' Xjenza Malta, qed nipprovdu l-ambjent meħtieġ biex dawn l-ideat jikbru u eventwalment jaslu f'idejn il-pazjenti u t-terapisti tagħna," sostna s-Segretarju Parlamentari. Huwa żied jgħid li l-investiment fir-riċerka huwa kruċjali biex tinħoloq ekosistema lokali fejn l-aqwa imħuħ Maltin jistgħu jsolvu sfidi globali minn pajjiżna stess.

L-avveniment kien jikkonsisti f'showcase ta' ħames proġetti pijunieri li qed jagħmlu differenza fis-settur tas-saħħa:

  • TRACK-RA: Proġett immexxi mill-Professur Owen Falzon dwar l-immaniġġjar tar-rewmatiżmu (Rheumatoid Arthritis).
  • DigiClap+: Apparat teknoloġiku 'wearable' għall-użu fl-occupational therapy, ippreżentat minn Matthew Bonello biex jgħin tfal b'Cerebral Palsy.
  • Hyper4B: Riċerka dwar it-trattament tal-kanċer tas-sider ippreżentata mill-Professur Lourdes Farrugia.
  • BROADmab: Strateġiji avvanzati kontra l-kanċer ippreżentat minn Dr Cenk Ozturk.
  • LUCSIB: Evoluzzjoni fil-bioloġiċi għall-kanċer tal-pulmun ippreżentat mill-Professur David Saliba.

Matul l-interventi tagħhom, ir-riċerkaturi spjegaw kif il-finanzjament minn Xjenza Malta ppermetta li tinbena kompetenza lokali li qed twassal għal kura aktar personalizzata u preventiva. Ġie diskuss ukoll l-impatt fuq il-komunità, fejn dawn il-proġetti qed jimmiraw li jtejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini.

L-avveniment kien jinkludi wkoll diskussjoni interattiva fejn il-mexxejja tal-proġetti wieġbu mistoqsijiet dwar il-valur ekonomiku tar-Riċerka u l-Innovazzjoni (R&I), li hija meqjusa bħala l-magna primarja ta' ekonomija moderna u diversifikata.

Din il-ħidma tiżgura li pajjiżna mhux biss jibqa' aġġornat mal-progress xjentifiku, iżda jkun minn tal-ewwel li joffri soluzzjonijiet mediċi moderni.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Appoġġ sħiħ lil riċerkaturi Maltin li qed iwittu t-triq għall-innovazzjoni fis-settur tas-saħħa
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Appoġġ sħiħ lil riċerkaturi Maltin li qed iwittu t-triq għall-innovazzjoni fis-settur tas-saħħa
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Appoġġ sħiħ lil riċerkaturi Maltin li qed iwittu t-triq għall-innovazzjoni fis-settur tas-saħħa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow