Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Investiment ta’ €15-il miljun għat-tisbiħ estensiv tal-Iskola Primarja ta’ Ħal Qormi

pr260260
Date Icon 18/02/2026

Ikompli l-investiment fl-infrastruttura edukattiva b'investiment ta' €15-il miljun li permezz tiegħu qed issir estensjoni u tisbiħ estensiv tal-Iskola Primarja ta' Ħal Qormi (San Ġorġ) fil-Kulleġġ San Injazju. Il-proġett se jara spazji edukattivi moderni, aċċessibbli u komdi, b'ambjent li jixraq għall-istudenti u l-edukaturi.

“Dan huwa proġett ieħor li għaddej biex inkomplu naraw li l-ambjent edukattiv li fih iqattgħu ħin twil l-istudenti u l-edukaturi tagħna, jkun wieħed li jixraq għaż-żminijiet tal-lum," irrimarka l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, meta dalgħodu żar ix-xogħol li qed isir mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada.

Il-proġett jinvolvi t-tisbiħ estensiv, kif ukoll il-bini ta' sular imnaqqas fuq il-binja eżistenti, li tinsab f'binja ta' żewġ sulari u kienet inbniet fl-ewwel nofs tas-Seklu Għoxrin, u llum għandha madwar mitt sena. L-iskola se tkun kompletament mmodernizzata u msebbħa. 

Permezz tal-proġett se jsiru t-tibdiliet meħtieġa biex il-binja tkun aċċessibbli għal kulħadd, bil-fuq minn tletin klassi, inkluż klassijiet għall-kindergarten, kif ukoll klassijiet għal suġġetti speċifiċi fosthom l-arti u l-mużika, nurture room, multi-sensory rooms, psycho-social room, u klassi għall-Personal, Social and Career Development. L-iskola se jkollha wkoll sala b'entratura separata u li se tkun tista' tintuża mill-komunità lokali wara l-ħinijiet tal-iskola, u wkoll ċentru għall-ħarsien tat-tfal.

Il-proġett jinkludi wkoll l-iżvilupp mill-ġdid tal-btieħi tal-iskola, li se jkunu miksijin b'turf artifiċjali u se jkollhom ukoll spazji apposta fid-dell. Qed jinbena sular imnaqqas fuq il-binja eżistenti biex jinħoloq spazju għall-amministrazzjoni tal-Kulleġġ San Injazju.

Il-proġett jinvolvi t-tibdil ta' soqfa antiki, l-installazzjoni ta' servizzi ġodda, fosthom l-elettriku, l-ilma, d-drenaġġ, CCTV, konnessjoni tal-internet, alarms, u servizzi ta' fire safety.  Fil-binja se jiġu introdotti diversi miżuri li se jtejbu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Il-proġett se jsir f'fażijiet biex ikun żgurat li l-iskola tibqa' operattiva tul il-ħin kollu. B'dan il-proġett, l-iskola l-ġdida se jkollha spazju li jilqa' madwar 400 tifel u tifla.

“L-investiment fl-istruttura edukattiva huwa proġett kontinwu, b'diversi proġetti oħrajn, fosthom skejjel ġodda fil-Mellieħa u n-Naxxar, u tisbiħ u riġenerazzjoni komplet tal-iskejjel ta' Birkirkara, u f'Kerċem f'Għawdex. Dan apparti xogħol li jsir matul is-sena kollha ta' manutenzjoni fl-iskejjel. It-trasformazzjoni fis-settur huwa mifrux fuq kull livell, anki fejn jidħol l-ambjent edukattiv," temm jgħid il-Ministru Clifton Grima.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Investiment ta’ €15-il miljun għat-tisbiħ estensiv tal-Iskola Primarja ta’ Ħal Qormi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Investiment ta’ €15-il miljun għat-tisbiħ estensiv tal-Iskola Primarja ta’ Ħal Qormi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Investiment ta’ €15-il miljun għat-tisbiħ estensiv tal-Iskola Primarja ta’ Ħal Qormi
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow