Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Jiġi estiż u msaħħaħ il-ftehim soċjali ma’ Hospice Malta

pr260257
Date Icon 17/02/2026

Permezz ta' dan il-ftehim se tirdoppja l-għajnuna finanzjarja

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal kompla jsaħħaħ l-impenn tiegħu fil-komunità, din id-darba billi estenda u saħħaħ ftehim soċjali mal-Fondazzjoni Hospice.

Din il-fondazzjoni taħdem ħafna  sabiex tagħti dinjità u kura paljattiva tal-ogħla kwalità u tagħti sostenn lil persuni b'mard terminali, kif ukoll lill-familji tagħhom.

Il-Ministru Michael Falzon ħabbar li dan il-ftehim ġdid ikopri żewġ servizzi li jmorru lil hinn mill-aspett mediku. Dawn is-servizzi ser joffru sapport emozzjonali, psikoloġiku, kemm individwali u fi gruppi minn social workers, counsellors u ħaddiema soċjali oħra.

Dan il-ftehim sar issaħħaħ ukoll is-servizz ta' assistenti ta' kura professjonali li jmorru fid-djar tal-pazjenti. Aktar minn hekk, parti minn dan il-ftehim mar direttament lil St Michael's Hospice, faċilità ġdida li fiha 16-il sodda, bi kmamar u faċilitajiet privati. Dawn il-kmamar state of the art ilkoll jagħtu għall-ġnien, b'dan l-ambjent ikompli jagħti dinjità lil dawn il-pazjenti li jkunu qed ibatu minn mard terminali.

“Illum iffirmajna it-tielet ftehim, b'finanzjament ta' aktar minn żewġ miljun ewro, żieda ta' aktar minn 62.5% fuq il-ftehim eżistenti. Il-Hospice għandhal-impenn, il-ħidma u d-dedikazzjoni sabiex twettaq din il-missjoni tagħha. Għaldaqstant, aħna preparati sabiex inkomplu nsaħħu l-ftehimiet li għandna ma' din l-NGO," sostna l-Ministru Michael Falzon.

Min-naħa tagħha, Bernadette Bonnici Kind,  Chairperson tal-Hospice, saħqet kif dan il-ftehim ser ikompli jagħti sostenn lis-servizzi fil-komunità, partikolarmant is-servizz tal-care assistant fid-djar stess tal-pazjenti, li jagħtu dak ir-respite lill-familji. “Is-sena li għaddiet tajna 33,000 siegħa tal-care assistant fid-djar u fuq 4,000 siegħa ta' analiżi u sapport psikosoċjali, ewlenija fosthom permezz tal-counselling," sostniet is-Sa Bonnici Kind.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Jiġi estiż u msaħħaħ il-ftehim soċjali ma’ Hospice Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Jiġi estiż u msaħħaħ il-ftehim soċjali ma’ Hospice Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Jiġi estiż u msaħħaħ il-ftehim soċjali ma’ Hospice Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow