Left arrow Go Back

STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA Issir it-tieni edizzjoni ta’ Ikla bi Mħabba mal-anzjani b’messaġġ sabiħ favur ir-rispett

pr260247
Date Icon 14/02/2026

Madwar 140 anzjan u anzjana ingħaqdu flimkien ġewwa San Vinċenz de Paul għat-tieni edizzjoni ta’ ‘Ikla bi Mħabba’, inizjattiva li toffri mumenti speċjali għar-residenti ta’ San Vinċenz kif ukoll anzjani minn residenzi oħra. 

Inizjattiva ta’ mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela, din l-attività reġgħet ittellgħet fl-okkażjoni ta’ Jum San Valentinu, bil-għan li twassal messaġġ ta’ mħabba u rispett anki fost l-anzjani. Fl-attività ntbagħat messaġġ ukoll importanti favur is-solidarjetà f’mumenti fejn ikun hemm anki s-solitudni.

Bħal ma sar fl-ewwel edizzjoni, Dr Abela reġgħet ingħaqdet ma’ erba’ parteċipanti ewlenin mill-programm MasterChef Malta – Andrew Debattista, Leigh Spiteri Chircop, Francesco Sultana u Antoine Micallef li flimkien mat-tmexxija u l-ħaddiema ta’ San Vinċenz De Paul ħejjew ikla speċjali, maħsuba apposta biex titgawda mill-anzjani preżenti.

L-attività f’atmosfera mill-isbaħ iżżewqet minn divertiment mill-kantanti Glen Vella, Tiziana Calleja, Sarah Bonnici u Jasmine Abela. Dr Abela saħqet fuq l-importanza li nibqgħu nuru l-apprezzament tagħna lejn  l-anzjani u rrimarkat li s-solidarjetà interġenerazzjonali hija valur importanti li għandna nkomplu nindukrawh fis-soċjetà tagħna.

Dr Abela qalet li permezz ta’ din l-inizjattiva qegħdin inkomplu noħolqu mumenti sbieħ fost dawk l-aktar vulnerabbli u nibagħtu messaġġ li għandna bżonn nieħdu ħsieb xulxin.

L-anzjani esprimew il-ferħ u l-apprezzament tagħhom għal din l-inizjattiva, li għal ħafna minnhom kienet opportunità sabiħa biex jiltaqgħu flimkien.

STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA Issir it-tieni edizzjoni ta’ Ikla bi Mħabba mal-anzjani b’messaġġ sabiħ favur ir-rispett
STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA Issir it-tieni edizzjoni ta’ Ikla bi Mħabba mal-anzjani b’messaġġ sabiħ favur ir-rispett
STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA Issir it-tieni edizzjoni ta’ Ikla bi Mħabba mal-anzjani b’messaġġ sabiħ favur ir-rispett
STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA Issir it-tieni edizzjoni ta’ Ikla bi Mħabba mal-anzjani b’messaġġ sabiħ favur ir-rispett
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow