Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Il-Ministru Jo Etienne Abela f’Dubai għall-Med-Tech 2026

PR260246
Date Icon 13/02/2026

F'Dubai, fl-Emirati Għarab Magħquda (UAE), il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ltaqa' mal-Ministru għas-Saħħa u Prevenzjoni tal-UAE, l-E.T. Ahmed bin Ali Al Sayegh, kif ukoll indirizza l-Konferenza Med-Tech World Dubai 2026.

Waqt laqgħa uffiċjali bejn il-Ministru Jo Etienne Abela u l-Ministru Ahmed bin Ali Al Sayegh, iż-żewġ Ministri esprimew sodisfazzjon għar-relazzjonijiet eċċellenti li jgawdu ż-żewġ pajjiżi f'diversi oqsma.

Matul il-laqgħa sar ftehim preliminari dwar teknoloġiji innovattivi li jinkludu l-AI, xjenza ġenomika u mediċina personalizzata, kif ukoll taħriġ ta' speċjalisti u s-servizzi ta' trapjanti tal-organi. Kien hemm qbil ukoll li tibda ħidma miż-żewġ partijiet li twassal għall-ftehim bilaterali ġdid fis-servizzi tas-saħħa li jiffaċilita koperazzjoni u skambju strutturat bejn iż-żewġ pajjiżi.

Id-Delegazzjoni Maltija mmexxija minn Dr Abela, żaret il-World Health Expo Dubai 2026 fejn uffiċjali tal-Ministeru Emirat spjegaw l-avvanzi li għamlu fit-teknoloġija diġitali li qed twassal għal rivoluzzjoni fis-servizzi tas-saħħa lokali. Iż-żewġ partijiet reġgħu kkonfermaw l-għanijiet komuni fi spirtu ta' kooperazzjoni.

Il-Ministru Jo Etienne Abela flimkien mad-delegazzjoni Maltija kellhom ukoll taħdidiet tekniċi mat-tmexxija tal-Isptar Rashid, li huwa Ċentru speċjalizzat fl-emerġenzi u t-trattament tat-trawma u għandu diversi servizzi t'eċċellenza. Il-laqgħa se sservi ta' bażi għal koperazzjoni futura għad-dipartimenti tal-emerġenza u l-kirurġija f'pajjiżna.

Il-Ministru Abela indirizza wkoll il-konferenza MedTech World Dubai 2026 fejn enfasizza l-importanza ta' pjattaformi strateġiċi li jiffurmaw il-futur tas-sistemi tas-saħħa madwar id-dinja. Dr Abela saħaq fuq sistemi diġitali moderni li jgħaġġlu l-proċess ta' dijanjożi, l-analiżi predittiva u r-reżiljenza tar-riżorsi. “Huwa kruċjali li l-immodernizzar isir b'mod ekwu u sostenibbli, li dejjem ipoġġi l-pazjent l-ewwel, filwaqt li jassigura l-benesseri tal-impjegati," temm jgħid Dr Abela.

Matul din iż-żjara l-Ministru Abela kien akkumpanjat mill-Ambaxxatur ta' Malta għall-UAE l-E.T. Maria Camilleri Calleja, il-Konslu Ġenerali f'Dubai Dr Patricia Borg Cooper u l-Uffiċjal Mediku Ewlieni Dr Clarence Pace.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Il-Ministru Jo Etienne Abela f’Dubai għall-Med-Tech 2026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Il-Ministru Jo Etienne Abela f’Dubai għall-Med-Tech 2026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Il-Ministru Jo Etienne Abela f’Dubai għall-Med-Tech 2026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Il-Ministru Jo Etienne Abela f’Dubai għall-Med-Tech 2026
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow