Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Jingħataw Digital Awards fl-ewwel edizzjoni tal-Premjijiet tal-Litteriżmu Diġitali

PR260240
Date Icon 13/02/2026


“Din hija ċelebrazzjoni li tqiegħed fiċ-ċentru tagħha ħila li hija kruċjali għall-preżent kif ukoll għall-futur ta' pajjiżna, il-litteriżmu diġitali. Dawn l-awards jirriflettu viżjoni ċara, viżjoni ta' edukazzjoni li ma tibżax mill-bidla, li taddatta, u li tħares 'il quddiem." Hekk qal il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima meta lbieraħ filgħaxija qassam id-Digital Awards lir-rebbieħa fl-ewwel edizzjoni tal-Premjijiet tal-Litteriżmu Diġitali.

Dan l-avveniment huwa ċelebrazzjoni tal-aħjar prattiċi, tal-kreattività u tad-dedikazzjoni li diġà hemm fl-iskejjel tal-Istat u fih ipparteċipaw kemm studenti kif ukoll edukaturi.

Il-Ministru Grima qal li “f'dinja dejjem aktar diġitali, ir-responsabbiltà tagħna hija li niżguraw li t-teknoloġija tintuża bħala mezz ta' kwalità, opportunità u żvilupp." Huwa enfasizza li l-Gvern jibqa' impenjat li jinvesti fl-edukazzjoni bħala l-pedament tas-soċjetà tagħna. Dan huwa rifless fil-viżjoni fit-tul Viżjoni Malta 2050, li jgħid ċar li l-edukazzjoni hija rikonoxxuta bħala pilastru ċentrali tal-futur ta' Malta u Għawdex.

“Investiment fil-ħiliet diġitali jfisser investiment fin-nies, fl-istudenti tagħna, fl-edukaturi tagħna u fil-komunitajiet tagħna. Ifisser ukoll li qed nippreparaw liż-żgħażagħ biex ikunu ċittadini infurmati, kritiċi u responsabbli f'dinja kumplessa u dinamika. L-innovazzjoni fl-edukazzjoni teħtieġ kuraġġ, kollaborazzjoni u fiduċja," qal il-Ministru Grima.

Huwa semma wkoll il-ħidma li qed issir f'dan is-settur tant importanti fis-sistema edukattiva ta' pajjiżna, fosthom it-tnedija tal-Istrateġija għall-Edukazzjoni Diġitali 2025–2030, it-tqassim ta' laptops u two-in-one devices lill-istudenti, kif ukoll ħidma kbira li qed issir mid-Direttorat għal-Litteriżmu Diġitali u Ħiliet Trasversali.

“Dan id-Direttorat qed jagħmel xogħol kbir f'dan is-settur, li sfortunatament mhux dejjem jidher, imma li qed iħallu benefiċċji kemm għall-istudenti u wkoll għall-edukaturi. Din il-ħidma hija mifruxa minn tagħlim u kompetenzi fil-coding, sa sehem f'inizjattivi internazzjonali li jintroduċu lill-istudenti għall-ħsieb komputazzjonali. Permezz ta' ftehim mal-Fakultà tal-Edukazzjoni, id-Direttorat nieda Postgraduate Certificate in Computational Thinking and Coding for Primary Educators, programm li jipprovdi lill-għalliema l-għarfien u l-ħiliet prattiċi biex jintegraw dawn il-kunċetti fil-klassi — din hija wegħda tal-Manifest Elettorali li wkoll wettaqnieha," qal il-Ministru Clifton Grima.

Anki fejn tidħol l-AI, hemm diversi inizjattivi għaddejjin, anki fuq fora internazzjonali. “Iċ-ċelebrazzjoni tal-lum hija sinjal ċar tad-direzzjoni li qed jieħu l-pajjiż, li l-eċċellenza, l-innovazzjoni u l-kwalità fl-edukazzjoni diġitali huma prijorità nazzjonali," qal il-Ministru Grima.

Il-Ministru Grima feraħ lir-rebbieħa u lill-parteċipanti kollha, u ħeġġeġ biex din il-kultura ta' impenn u kreattività tkompli tikber.

Fis-serata tqassmu awards f'diversi kategoriji, fosthom, Director's Choice Award; AI in teaching and learning Award; Creative Digital Content Award; Inclusive Digital Learning Award; Innovative Teaching and Learning Award; Collaborative Project Award u Digital Citizenship Award.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Jingħataw Digital Awards fl-ewwel edizzjoni tal-Premjijiet tal-Litteriżmu Diġitali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Jingħataw Digital Awards fl-ewwel edizzjoni tal-Premjijiet tal-Litteriżmu Diġitali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow