AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Din l-istqarrija tissostitwixxi l-verżjoni ppubblikata fit-23 ta' Jannar 2026 (PR260116) wara korrezzjoni fin-numru tal-lott u d-data tad-durabilità.
Skont il-Kap 649 tal-Att dwar is-Sigurtà tal-Ikel u f'konformità mar-irwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku li, wara analiżi li saret bħala parti mill-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-istess Awtorità, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li jista' jkun fih livelli għoljin ta' aċidu idroċjaniku (hydrocyanic acid).
L-aċidu idroċjaniku huwa inkluż b'mod espliċitu fil-lista ta' kontaminanti fir-Regolament (UE) 2023/915 dwar il-kontaminanti fl-ikel, fejn il-livell massimu tal-aċidu idroċjaniku fl-oġġetti tal-ikel huwa stabbilit sabiex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa tal-konsumatur.
| Deskrizzjoni tal-prodott: | Linseed Brown | ![]() |
| Ippakkjat minn: | Zammit and Cachia (Marketing) Ltd | |
| Użin: | 1Kg | |
| Numru tal-lott: | K2024 SWK | |
| Data tad-durabilità: | 08/2026 |
Il-konsumatur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah fil-post minn fejn inxtara.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000 mis-7:30a.m. sas-2:30p.m. jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN
