Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Twissija ta’ livell aħmar

pr260235
Date Icon 12/02/2026

Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol jinforma lill-pubbliku bl-avviż mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili: 

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili javża li llum inħarġet twissija tat-temp ta' livell aħmar (red weather warning), li jibqa' fis-seħħ sas-sitta ta' filgħodu ta' għada, il-Ġimgħa 13 ta' Frar. 

Il-kundizzjonijiet tat-temp huma mistennija jilħqu Forza 8 sa 10 f'ċerti ħinijiet, flimkien ma' baħar qawwi. 

Għalhekk, il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex:

•⁠  ⁠Jeżerċita kawtela akbar

•⁠  Affarijiet li qegħdin fuq barra, mhuwiex sigur li wieħed jirranġahom waqt li din it-twissija tkun fis-seħħ

•⁠  ⁠Jibqa' attent għall-bidliet fil-kundizzjonijiet tat-temp

•⁠  ⁠Isegwi l-istruzzjonijiet u l-avviżi uffiċjali maħruġa mill-awtoritajiet

•⁠  ⁠Iċempel 112 f'każ ta' emerġenza

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huwa preparat għal kull assistenza u qed ikompli jsegwi s-sitwazzjoni mill-qrib f'koordinazzjoni ma' servizzi oħra ta' emerġenza.

Aktar aġġornamenti se jinħarġu jekk il-kundizzjonijiet jinbidlu.

Il-Ministru Byron Camilleri tenna għal darb'oħra l-appell biex kulħadd isegwi l-miżuri ta' prekawzjoni filwaqt li ta s-serħan il-moħħ li l-Korpi Dixxiplinati huma dejjem preparati biex jassistu lill-familji filwaqt li rringrazzjahom tal-ħidma imprezzabbli li dejjem iwettqu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow