Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI €5 miljun f’fondi addizzjonali permezz ta’ skemi għall-Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex

pr260233
Date Icon 12/02/2026

Il-Kunsilli Lokali madwar Malta u Għawdex se jkunu qed jibbenefikaw minn €5 miljun  f'fondi addizzjonali permezz ta' skemi mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali. Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli u d-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, Emile Vassallo. Intqal kif dawn il-fondi se jkunu maqsuma fi skemi differenti li jippromwovu l-kultura, l-infrastruttura u l-manutenzjoni, fost oħrajn.

L-iskemi relatati mal-kultura ta' pajjiżna huma dawk għall-Attivitajiet Kulturali Annwali 2026, Attivitajiet tal-Milied 2026 u Attivitajiet tal-Karnival 2027. Min-naħa l-oħra hemm l-iskemi Komunitajiet aktar b'saħħithom u ta' kwalità; il-Fond ta' Manutenzjoni u Sostenn ta' Proġetti Infrastrutturali Maġġuri li ġew imwettqa mill-Gvern Ċentrali; u l-inizjattiva finanzjarja għal-Lokalitajiet Aktar Nodfa.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li l-investiment fil-lokalitajiet ser jibqa' jissaħħaħ għaliex iċ-ċittadin huwa dejjem fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Gvern u fl-operat tal-Kunsilli Lokali. Hija spjegat li din is-sena l-allokazzjoni totali żdiedet għal €5 miljun fi skemi li permezz tagħhom se jitkomplew jittellgħu attivitajiet ta' kwalità u jitwettqu proġetti għar-residenti.

“Din is-sena se tkun waħda ta' ħidma kbira favur il-lokalitajiet tagħna. Kommessi li nkomplu ninvolvu lil kulħadd speċjalment liż-żgħażagħ u l-anzjani tagħna. L-idejat ġodda u friski li jistgħu jġibu magħhom iż-żgħażagħ tagħna, flimkien mal-esperjenza tal-anzjani huma importanti sabiex flimkien inkomplu nieħdu l-aħjar deċiżjonijiet għar-residenti tagħna. Jekk inħarsu lura lejn is-sena li għaddiet, kellna sitt skemi b'allokazzjoni ta' aktar minn €4 miljun u kellna wkoll l-akbar parteċipazzjoni mill-Kunsilli Lokali għal dawn is-sejħiet mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali. Din is-sena se jkollna allokazzjoni ikbar ta' €5 miljun," qalet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Intant, is-Segretarju Parlamentari tat rendikont dettaljat tal-attivitajiet u l-inizjattivi kollha li ttellgħu s-sena l-oħra fejn kien hemm 61 attività madwar Malta u Għawdex marbuta mal-kultura, 50 attività tal-Karnival, 53 inizjattiva ambjentali fil-Jum Dinji għat-Tindif, 45 proġett kapitali u 9 oħra ta' manutenzjoni u sostenn ta' proġetti kapitali.

Min-naħa tiegħu d-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali, Emile Vassallo qal kif dawn l-iskemi se jkomplu jsaħħu dak li sar matul l-aħħar snin. Huwa spjega li għall-iskema Komunitajiet aktar b'saħħithom u ta' kwalità, il-finanzjament jista' jlaħħaq €100,000, filwaqt li dik tal-Attivitajiet Kulturali se tagħti lok għall-kontribuzzjoni ta' massimu ta' €20,000 għal kull attività.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI €5 miljun f’fondi addizzjonali permezz ta’ skemi għall-Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI €5 miljun f’fondi addizzjonali permezz ta’ skemi għall-Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow