Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Mijiet ta’ familji jattendu ‘Ġurnata 112’

PR260216
Date Icon 08/02/2026

•“L-użu tajjeb tas-servizzi tal-emerġenza jsalva l-ħajjiet” – il-Ministru Byron Camilleri 

Mijiet ta’ persuni attendew l-attività edukattiva u divertenti biex jintbagħat messaġġ ċar favur l-użu responsabbli tan-numru tal-emerġenza 112. Fi żjara waqt din l-attività mtellgħa mill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, il-Ministru Byron Camilleri, enfasizza li l-użu xieraq tan-numru 112 u tas-servizzi tal-emerġenza hu kruċjali biex jiġu salvati l-ħajjiet.

L-attività saret fil-ġmiel naturali tal-Park ta’ San Klement f’Ħaż-Żabbar, fejn tħejjew attivitajiet apposta biex it-tfal jifhmu aħjar x’inhu l-irwol tan-numru 112 u meta għandu jintuża. Permezz ta’ logħob u sfidi diversi, it-tfal kellhom l-opportunità jitgħallmu b’mod interattiv u divertenti, filwaqt li resqu eqreb lejn l-uffiċjali li jaħdmu kuljum biex iħarsu s-sigurtà tas-soċjetà tagħna.

L-attivitajiet saru bil-parteċipazzjoni tal-Korp tal-Pulizija, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, il-Forzi Armati ta’ Malta, il-LESA u d-Dipartiment tal-Emerġenza. Dawn l-entitajiet offrew dimostrazzjonijiet u spjegazzjonijiet dwar il-ħidma tagħhom, filwaqt li t-tfal setgħu “jsiru eroj għal ġurnata” u jifhmu aħjar kif dawn is-servizzi jassistu f’emerġenzi reali.

“Aħna dejjem nisħqu li l-prevenzjoni hi l-aqwa għodda. Waħda mill-affarijiet li twassal għal prevenzjoni effettiva hi li ċ-ċittadini tagħna jħossuhom komdi javviċinaw lil dawk li huma fdati biex jipproteġu lis-soċjetà tagħna f’ċirkostanzi differenti, u għalhekk attivitajiet bħal tal-lum huma importanti ħafna,” qal il-Ministru Camilleri. Huwa żied li minkejja l-isforzi kontinwi, kull sena jibqa’ jkun hemm eluf ta’ telefonati fuq il-112 li suppost ikunu direzzjonati lejn servizzi oħra. “Din l-attività serviet bħala spazju ta’ tagħlim prattiku li saħħaħ ir-rabta bejn it-tfal, il-familji u dawk li jaħdmu biex iħarsu s-sigurtà tal-komunità, filwaqt li inizjattivi bħal dawn ikomplu jsaħħu r-relazzjoni ta’ fiduċja bejn il-pubbliku u l-entitajiet responsabbli mis-sigurtà, u jippromwovu kultura ta’ responsabbiltà, għarfien u prevenzjoni fis-soċjetà,” żied il-Ministru Camilleri. 

B’referenza għal avvenimenti riċenti, il-Ministru Camilleri semma l-maltempata ‘Harry’ li laqtet lil Malta ftit tal-ġimgħat ilu, fejn reġa’ ġie enfasizzat kemm hu essenzjali li s-servizzi tal-emerġenza jkunu mhux biss preparati, iżda wkoll f’pożizzjoni li jwieġbu skont il-prijoritajiet tal-mument. “Meta n-numru 112 ma jintużax b’mod xieraq, din il-ħidma importanti tista’ tiġi serjament ipperikolata,” sostna l-Ministru.

Fi tmiem l-attivitajiet, it-tfal li pparteċipaw ingħataw tifkira b’valur edukattiv, fosthom kutra kontra n-nar u kaxxa tal-ewwel għajnuna, bil-għan li jitrawwem għarfien dwar is-sigurtà u l-ewwel rispons anke fid-dar.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Mijiet ta’ familji jattendu ‘Ġurnata 112’
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Mijiet ta’ familji jattendu ‘Ġurnata 112’
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Mijiet ta’ familji jattendu ‘Ġurnata 112’
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Mijiet ta’ familji jattendu ‘Ġurnata 112’
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow