Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Iffirmat ftehim għal mudell ġdid ta’ Skola tal-Kirurġija ta’ Malta li se tagħti opportunitajiet edukattivi uniċi

PR260206
Date Icon 06/02/2026

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ppressjeda l-iffirmar ta' ftehim bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u l-erba' Royal Colleges of Surgeons tar-Renju Unit, li se jwassal għat-twaqqif ta' mudell ta' skola ġdida ta' eċċellenza f'għaxar dixxiplini kirurġiċi.

Il-Ministru Jo Etienne Abela qal kif pajjiżna ilu jaħdem f'kollaborazzjoni mar-Royal Colleges Brittaniċi għal għexieren ta' snin. “Illum huwa mument storiku fl-istorja tal-kirurġija f'pajjiżna u propju fit-350 anniversarju minn meta f'pajjiżna nfetħet l-ewwel skola ta' taħriġ fil-kirurġija, imwaqqfa mill-Gran Mastru Nikola Kottoner, qed nagħmlu pass ieħor importanti għall-kirurġija f'Malta," tenna Dr Abela.

L-Iskola tal-Kirurġija ta' Malta se tipprovdi pjattaforma ġdida sabiex kirurgi aspiranti jkollhom esperjenza ta' taħriġ u assessjar diġitali li hu konformi mas-sistemi ta' eċċellenza Brittaniċi.

Il-Ministru Abela spjega kif dan il-mudell se jkun qed jiżgura li kirurgi aspiranti jirċievu taħriġ u assessjar tal-ogħla livell, identiku ma' dak Brittanniku. Spjega kif b'dan l-ewwel investiment ta' €500,000 fit-tliet snin li ġejjin, il-Gvern qed jafferma l-viżjoni li jtejjeb il-kwalità fil-kirurġija li twassal għal titjib fil-kwalità tal-ħajja tan-nies.

“Malta qed tagħmel avvanzi kbar f'dan is-settur b'taħriġ ta' livell għoli  li jkompli jsaħħaħ is-servizzi tas-saħħa f'pajjiżna. Bħalissa l-Ministeru qed jissussidja madwar 50 kirurgu fis-sena sabiex jirċievu taħriġ prattiku fir-Renju Unit u kommessi li nkomplu nkunu ta' sostenn biex ngħinu lill-professjonisti tagħna biex tingħata l-aħjar kura lill-pazjenti Għawdxin u Maltin," temm jgħid il-Ministru Abela.

Għal dan l-avveniment kien hemm preżenti wkoll is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea u d-Deputat Kummissarju Għoli tar-Renju Unit f'Malta Tristan Gilchrist. Id-Direttur tal-Iskola tal-Kirurġija ta' Malta huwa l-Kirurgu Ortopediku Mr John Casaletto.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Iffirmat ftehim għal mudell ġdid ta’ Skola tal-Kirurġija ta’ Malta li se tagħti opportunitajiet edukattivi uniċi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Iffirmat ftehim għal mudell ġdid ta’ Skola tal-Kirurġija ta’ Malta li se tagħti opportunitajiet edukattivi uniċi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow