Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI L-OHSA b’investiment f’korsijiet ta’ taħriġ b’xejn għall-SMEs u self-employed

pr260195
Date Icon 05/02/2026

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, Jonathan Attard ħabbar it-twettiq ta' miżura tal-Budget 2026, hekk kif ġie mniedi programm ġdid ta' taħriġ fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. 

B'investiment ta' €400,000 mifrux fuq erbgħa u għoxrin xahar, dan il-programm se jkun implimentat mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol (OHSA) u se jkun disponibbli b'xejn għall-intrapriżi żgħar u medji, kif ukoll għas-self-employed f'setturi differenti.

Waqt it-tnedija ta' dan il-programm, il-Ministru Attard saħaq li dan l-investiment jirrappreżenta pass konkret ieħor fl-impenn tal-Gvern li jinvesti fin-nies u jsaħħaħ il-prevenzjoni ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol. 

“Din il-miżura tal-Budget u l-investiment kontinwu huma sinjali ċari tal-impenn tal-Gvern favur is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema kollha. Ftit xhur biss wara l-ftuħ taċ-ċentru ta' taħriġ tal-OHSA, illum qegħdin nniedu dan l-investiment biex b'mod tanġibbli nkomplu nsaħħu l-kompetenzi u l-għarfien fis-saħħa u s-sigurtà," saħaq il-Ministru Attard.

Dan l-investiment ser jippermetti lill-OHSA tuża metodi ta' tagħlim professjonali u metodoloġiji moderni, fosthom il-possibbiltà ta' tagħlim online, skedi flessibbli sabiex jakkomodaw lil dawn l-intrapriżi u self-employed b'mod li jagħmilha faċli li wieħed isegwi l-kors mingħajr pressjoni fuq l-andament tax-xogħol. Il-korsijiet ġew iddisinjati biex joffru l-għarfien b'mod prattiku, effettiv u effiċjenti. 

Il-Ministru Attard enfasizza li l-prevenzjoni tibqa' l-aktar forma effettiva ta' protezzjoni, peress li kull inċident evitat ikompli jħares id-dinjità tal-persuna u twassal għall-ambjent tax-xogħol aktar sigur u produttiv. Huwa sostna wkoll li dan l-impenn fit-taħriġ jikkumplimenta l-infurzar, u mhux jissostitwih, billi aktar għarfien iwassal għal konformità aħjar u infurzar aktar ġust u effettiv.

Min-naħa tagħha l-Kap Eżekuttiv tal-OHSA Dr Josianne Cutajar  qalet li “dan il-proġett hu ntiż biex isaħħaħ il-kompetenzi fl-għarfien tas-saħħa u s-sigurtà fost l-intrapriżi żgħar u medji, li jammontaw għal aktar minn 140,000 u jirrappreżentaw 99% tal-intrapriżi fil-pajjiż. Il-proġett jindirizza wkoll lill-ħaddiema self-employed, li huma madwar 46,000, jiġifieri madwar 15% tal-ħaddiema f'pajjiżna."

Hija żiedet tgħid li t-taħriġ iżid l-għarfien ta' min jimpjega u s-self-employed li jagħraf ir-responsabbiltajiet tiegħu speċjalment fir-rigward li jidentifika r-riskji, u kif wieħed jieħu ħsieb jilqa' għalihom fuq il-post tax-xogħol b'korsijiet speċifiċi għal setturi differenti, fosthom servizzi ta' kura, manifattura, trasport, l-ospitalità u rikreazzjoni, ħaddiema ġewwa l-uffiċini jew bir-remote work, kif ukoll is-settur tal-beauty & wellness. 

Min-naħa tiegħu l-Kap għall-Komunikazzjoni u l-Iżvilupp tan-Negozji fi ħdan il-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji, Fabian Demicoli qal li min-naħa tagħhom laqgħu bis-sħiħ din l-inizjattiva. Filwaqt li saħaq dwar l-importanza tal-użu tajjeb tal-ħin, sostna li min-naħa tagħhom se jkunu qegħdin iħeġġu lill-intrapriżi biex jidħlu għal dawn il-korsijiet bla ħlas. 

Il-formoli tal-applikazzjonijiet għall-korsijiet li qed toffri l-OHSA jistgħu jinstabu fis-sit ohsa.mt. L-applikazzjonijiet jistgħu jimtlew u jintbagħtu lill-Awtorità mil-lum u wieħed jista' jċempel il-Helpline 138 biex jirreġistra l-interess tiegħu f'wieħed mill-korsijiet offruti, u l-Awtorità tikkuntattjah lura bil-konferma tar-reġistrazzjoni u d-dettalji rispettivi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI L-OHSA b’investiment f’korsijiet ta’ taħriġ b’xejn għall-SMEs u self-employed
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI L-OHSA b’investiment f’korsijiet ta’ taħriġ b’xejn għall-SMEs u self-employed
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow