Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI: Ġnien Brejġu fiż-Żejtun jingħata ħajja ġdida

PR260194
Date Icon 05/02/2026


Ġnien Brejġu fiż-Żejtun ingħata ħajja ġdida wara intervent li sar permezz ta' fondi minn skema tad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali. L-intervent infrastrutturali sar b'investiment ta' €180,000 li kienet tinkludi fost oħrajn żona għat-tfal, u l-irranġar ta' żoni oħra fil-ġnien fosthom tħawwil ta' siġar u arbuxelli.

Iż-żona rikreattiva ġdida fi ħdan il-ġnien ġiet imsemmija għal Dun Anġ Seychell. Dun Anġ kien wieħed mill-akbar benefatturi taż-Żejtun, bniedem ta' qalb kbira u qassis li ddedika ħajtu biex jgħin lil persuni vulnerabbli u lil dawk b'diżabilità. Il-legat tiegħu ta' mħabba, ġenerożità u servizz lejn l-oħrajn se  jibqa' ta' ispirazzjoni.

Fi żjara li għamlu l-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u  l-Gvern Lokali, Owen Bonnici, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli ntqal li għalkemm dan il-ġnien hu ta' daqs iżgħar minn oħrajn hu ta' importanza kbira għall-komunità taż-Żejtun għax joffri fost oħrajn post ta' rilassament għall-familji u l-anzjani.

Il-Ministru Owen Bonnici faħħar l-għaqal u l-viżjoni ta' dan il-Kunsill Lokali li, permezz ta' ippjanar serju u użu tajjeb tal-fondi disponibbli, irnexxielu jimplimenta proġett li jwieġeb b'mod konkret għall-bżonnijiet tal-komunità. Huwa qal li inizjattivi bħal dawn juru kif il-Kunsilli Lokali jistgħu jkunu strumentali biex jitjiebu l-ispazji pubbliċi u jsaħħu l-ħajja soċjali u ambjentali tal-lokalità.

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet kif permezz ta' diversi skemi tad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali qed ikunu ta' sostenn finanzjarju bla preċedent għall-Kunsilli Lokali fejn jidħlu proġetti infrastrutturali u anke attivitajiet kulturali.

“Huwa ta' sodisfazzjon li nara Kunsilli Lokali li jieħdu l-inizjattiva sabiex isebbħu l-lokalità tagħhom. Dan fiż-Żejtun huwa eżempju ċar ta' kif il-Kunsilli Lokali jistgħu jkunu ta' differenza fil-ħajja tan-nies, u hawn partikularment fil-ħajja tat-tfal hekk kif dan il-proġett hu mmirat partikularment għat-tfal," qalet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Hija temmet tappella sabiex aktar Kunsilli Lokali jersqu 'l quddiem bl-inizjattivi u l-proġetti tagħhom sabiex dawn l-istess proġetti jgħinu għat-tisħiħ u l-benesseri tal-komunitajiet hekk kif elenkat fil-Viżjoni Malta 2050. 

Intant, is-Sindku taż-Żejtun, Joan Agius, irringrazzjat lill-Ministeru u s-Segretarjat Parlamentari għall-intervent tagħhom sabiex dan il-proġett seta' jseħħ. Hija qalet kif dan il-ġnien ġie stabbilit lura fis-snin tmenin u hu msemmi għal Consiglio Ellul li kien magħruf bil-laqam ta' Brejġu, u kien personaġġ importanti fiż-Żejtun.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI: Ġnien Brejġu fiż-Żejtun jingħata ħajja ġdida
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI: Ġnien Brejġu fiż-Żejtun jingħata ħajja ġdida
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI: Ġnien Brejġu fiż-Żejtun jingħata ħajja ġdida
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow