Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imniedi servizz ta’ Outreach fil-komunità għall-pazjenti bil-mard tal-kanċer

PR260191
Date Icon 04/02/2026

Fil-Jum Dinji għall-Mard tal-Kanċer bit-tema 'United by Unique. Putting people at the centre of care', il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ħabbar li wara li ġie mwettaq proġett pilota, ġie mniedi servizz ta' outreach tal-onkoloġija fil-komunità.

Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega li s-servizz ta' outreach tal-onkoloġija jipprovdi benefiċċji sinifikanti lill-pazjenti billi jagħti kura essenzjali relatata mal-kanċer direttament fil-komunità. Is-servizz beda bħala proġett pilota b'infermiera waħda fejn temmejna s-sena 2025 b'425 sessjoni mwettqa b'suċċess.

It-tim issa jikkonsisti fi tliet infermiera full-time, żewġ sewwieqa u żewġ vannijiet bit-tagħmir kollu meħtieġ, li se jippermetti li jitwettqu aktar sessjonijiet, b'40 sessjoni diġà tlestew sal-aħħar ta' Jannar.

Il-Ministru Jo Etienne Abela qal kif dan is-servizz jiżgura kura aktar aċċessibbli għal dawk li ma jistgħux jivvjaġġaw faċilment. “Fi snin li ġejjin il-ġlieda kontra l-kanċer ser tkompli tkun ibbażata fuq il-prevenzjoni u l-iscreening u l-Gvern ser jibqa' kommess li jkompli jinvesti f'dan is-settur tant vitali," temm jgħid Dr Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imniedi servizz ta’ Outreach fil-komunità għall-pazjenti bil-mard tal-kanċer
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imniedi servizz ta’ Outreach fil-komunità għall-pazjenti bil-mard tal-kanċer
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow