Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Aktar persuni jaffordjaw iżommu djarhom sħuna fix-xitwa

pr260182
Date Icon 03/02/2026

Statistika uffiċjali tal-Eurostat turi li fl-2024, 9.2 fil-mija taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea sabu diffikultà sabiex iżommu djarhom sħuna fix-xitwa, fi kliem ieħor, ma jaffordjawx il-kontijiet tad-dawl, ilma u gass.

Ir-rata f'Malta hija sostanzjalment anqas minn pajjiżi bħal Greċja, Spanja, Franza, Ċipru, Litwanja u l-Portugall u anqas ukoll mill-Italja u s-Slovakkja waqt li tinsab kważi fl-istess livell tal-Olanda.

Meta mqabbla mar-rata ta' dan l-istess indikatur fl-2013, wieħed isib li f'Malta kellna 23.9 fil-mija tal-popolazzjoni li ma kinux jaffordjaw il-kontijiet tad-dawl, ilma u gass, waqt li l-medja Ewropea dak iż-żmien kienet ta' 10.8 fil-mija.  Jiġifieri, mill-2013 'l hawn, waqt li l-medja Ewropea naqset biss b'1.6 punti perċentwali, f'Malta ir-rata naqset b'16.1 punti perċentwali.

Fi kliem ieħor, waqt li fl-2013 kellna persuna minn kull erbgħa li ma taffordjax il-kontijiet tal-enerġija, illum għandna persuna minn kull tlettax li ma taffordjax dan.  Waqt li fl-2013 kellna 99,000 persuna ma jaffordjawx dawn il-kontijiet, fl-2024 dawn niżlu għal 43,000.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon attribwixxa dan għall-politika ta' dan il-Gvern li wara li raħħas sostanzjalment il-kontijiet tal-enerġija fl-2014, żammhom ukoll stabbli permezz tas-sussidji wara l-2020, u sostna li riżultat tat-tkabbir ekonomiku qed tfisser aktar ħolqien u tqassim tal-ġid u flus fl-idejn.

Il-Ministru Falzon temm jgħid li din hija konferma oħra ta' kemm il-poplu Malti u Għawdxi qed jibbenefika permezz tal-ekonomija b'saħħitha li għandu pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow