Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI 61 inġinier jingħataw il-Warrant – Għall-ewwel darba inkluż gradwati tal-MCAST

PR260179
Date Icon 03/02/2026

B'pass importanti għall-professjoni tal-inġinerija f'Malta, 61 gradwat ingħataw il-warrant tal-inġinerija wara li b'suċċess temmew l-istudji tagħhom. Għall-ewwel darba, fost dawk li rċevew il-warrant kien hemm ukoll gradwati tal-MCAST li b'suċċess temmew il-kors tagħhom u għaddew mill-iskrutinju tal-Bord tal-Inġiniera. Dan l-iżvilupp seta' jseħħ wara li ġew megħluba diversi ostakli, inkluż ta' natura legali, li l-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi flimkien mal-Bord tal-Inġiniera ddefendew b'suċċess għal aktar minn darba.

Il-Bord tal-Inġiniera jimxi fuq il-prinċipji tal-ugwaljanza u ġustizzja fejn il-warrants jingħataw b'mod imparzjali u fuq il-mertu, ġaladarba l-kors li wieħed ikun studja fih jissodisfa l-kriterji u l-istandards stabbiliti.

Dan il-pass jikkonferma l-impenn tal-Gvern li jkompli jsaħħaħ l-professjoni tal-inġinerija f'Malta, filwaqt li jiżgura opportunità ugwali u ġusta għall-professjoni fuq bażi ta' kwalità, kompetenza u mertu.

Il-Ministru responsabbli minn dan is-settur, Chris Bonett, saħaq dwar l-importanza tax-xogħol tal-inġiniera u fissru bħala wieħed imprezzabbli għas-soċjetà. Huwa qal li “Dan kien pass importanti, l-ewwel nett għax il-Gvern żamm il-wegħda tiegħu mal-istudenti tal-MCAST li jkunu eliġibbli għall-warrant kif ukoll għaliex dawn l-inġiniera ser jgħinu biex il-Viżjoni Malta 2050 iseħħ realtà, viżjoni mibnija fuq setturi ekonomiċi kbar b'enfasi fuq teknoloġija ġdida u moderna." Il-Ministru Bonett spjega kif il-warrant qed jingħata lil dawk kollha li verament jixirqilhom, filwaqt li qed jitneħħew inġustizzji tal-passat li affettwaw numru ta' studenti, inkluż gradwati tal-MCAST.

Is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia stqarr li l-irwol tal-inġiniera huwa kruċjali fit-tisħiħ tas-soċjetà Maltija u spjega kif dawn il-61 inġinier qed jingħaqdu mal-kollegi tagħhom biex ikomplu jibnu Malta tal-futur. “Dan huwa l-progress li rridu naraw f'pajjiżna biex għada jkun aħjar mil-lum," temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Farrugia.

Min-naħa tiegħu, iċ-Chairperson tal-Bord tal-Inġiniera Dr Noel Camilleri qal li l-bord dejjem ħadem ai termini tal-liġi u ser jibqa' jaħdem b'dan il-mod biex jiżgura li l-livell tal-professjoni tal-inġiniera jibqa' dejjem għoli kif inhu fil-preżent.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI 61 inġinier jingħataw il-Warrant – Għall-ewwel darba inkluż gradwati tal-MCAST
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI 61 inġinier jingħataw il-Warrant – Għall-ewwel darba inkluż gradwati tal-MCAST
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow