Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Servizzi estiżi u tagħmir ġdid fit-Taqsima Kardjo-Respiratorja fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex

PR260167
Date Icon 30/01/2026

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela inawgura t-Taqsima ġdida tal-Kardjo-Respiratorja fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Permezz ta' investiment ta' €500,000 qed ikomplu jissaħħu s-servizzi, billi jiġu offruti firxa wiesgħa ta' testijiet u servizzi speċjalizzati fil-qasam kardjovaskulari u respiratorju.

Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega kif b'dan l-investiment din il-klinika ser tkun qed toffri madwar 21 servizz marbut ma' speċjalitajiet kardjovaskulari u respiratorji li ser jitilgħu għal 23 fil-ġimgħat li ġejjin. Fost is-servizzi offruti hemm monitoraġġ tal-pressjoni tad-demm, klinika ta' riabilitazzjoni kardijaka, testijiet ta' stress bl-eżerċizzju, ECGs, klinika tal-Ekokardjogramma, klinika tal-Elettrofijoloġija, klinika tal-qalb għajjiena (Heart Failure), monitoraġġ Holter, testijiet tal-funzjoni tal-pulmun, kontrolli tal-pacemaker u tal-ICD, ekokardjogrammi pedjatriċi kif ukoll Stress Echocardiogram.

Il-Ministru Abela qal kif matul dawn l-aħħar tmien xhur twettaq dan il-proġett bħala parti mill-preparazzjonijiet għall-faċilitajiet estiżi f'dan l-Isptar. Ġie introdott ukoll l-implantable loop recorder (ILR), reviżjoni ta' magni PAP respiratorji u testijiet tal-irqad (Sleep Study Tests). Barra minn hekk, żdiedu l-magni għal studji tal-irqad fid-dar, diversi magni ta' CPAP u BIPAP, magna ta' spirometrija, magna ta' Stress ECG, magna ECG portabbli b'16-il lead u magna Renamic Neo għall-kontroll tal-pacemakers.

Il-ministru kompla jispjega li bħalissa jinsab għaddej ukoll il-proċess ta' xiri ta' magna ta' Plethysmography u magna oħra tal-Ekokardjogramma, sabiex it-Taqsima Kardjo-Respiratorja toffri servizzi ta' kwalità ta' eċċellenza lill-pazjenti Għawdxin minn Għawdex stess.

“Sodisfatt nara l-progress kbir li saret f'din it-taqsima. Bl-investimenti fin-nies, f'teknoloġija avvanzata u s-servizzi estiżi, qed niżguraw kura aktar komprensiva, modernizzata u responsiva għall-bżonnijiet tas-soċjetà tagħna. Dan huwa pass importanti u determinat tal-Gvern favur is-saħħa tal-Għawdxin," temm jgħid Dr Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Servizzi estiżi u tagħmir ġdid fit-Taqsima Kardjo-Respiratorja fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Servizzi estiżi u tagħmir ġdid fit-Taqsima Kardjo-Respiratorja fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Servizzi estiżi u tagħmir ġdid fit-Taqsima Kardjo-Respiratorja fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Servizzi estiżi u tagħmir ġdid fit-Taqsima Kardjo-Respiratorja fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow