STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Titħabbar sejħa għal żewġ imħallfin
Il-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni ħareġ sejħa għall-ħatra ta' żewġ imħallfin.
L-applikanti li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-Kostituzzjoni ta' Malta u li jesprimu l-interess tagħhom jiġu evalwati mill-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura, stabbilit skont l-Artikolu 96A tal-Kostituzzjoni.
Wara dan il-proċess ta' evalwazzjoni, jitressqu l-ismijiet ta' tliet kandidati għal kull kariga, għall-konsiderazzjoni u l-għażla tal-President.
Din is-sejħa tkompli tikkonferma l-impenn tal-Ministeru li jkompli jsaħħaħ dak li hu l-akbar korp tal-ġudikatura fl-istorja ta' pajjiżna. Dan wara li lbieraħ stess ngħataw il-ħatra imħallef u tliet maġistrati oħra.
Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard saħaq dwar l-impenn kontinwu u kostanti fit-tisħiħ tal-ġudikatura li qiegħed jikkumplimenta l-varji riformi li għaddej minnhom is-settur tal-ġustizzja f'pajjiżna. Dan it-tisħiħ fir-riżorsa umana u l-ispeċjalizzazzjoni huma l-mod ta' kif qegħdin nkomplu ngħollu l-istandards bil-għan li nżidu l-effiċjenza f'dan il-qasam.
Dawk interessati għandhom jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom bid-dokumenti kollha sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 20 ta' Frar, 2026, sa 12:00pm lis-Segretarju tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN