Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI: Malta tippreżenta n-nomina tal-Fortifikazzjonijiet Maltin tal-Kavallieri ta' San Ġwann għal-Lista tal-Wirt Dinji tal-UNESCO

pr260164
Date Icon 30/01/2026


Malta ħadet pass importanti lejn it-tisħiħ tal-preżenza tagħha fil-Lista tal-Wirt Dinji tal-UNESCO bil-preżentazzjoni formali ta' dossier ġdid ta' nomina bl-isem 'Il-Fortifikazzjonijiet Maltin tal-Kavallieri ta' San Ġwann'.

Id-dossier ta' nomina ġie ppreżentat personalment mill-Ambaxxatur ta' Malta għall-UNESCO, Mons. Vella Gauci, flimkien mal-attaché tekniku għad-delegazzjoni permanenti ta' Malta għall-UNESCO, Mariah Zammit u Dr Anthony Pace.

In-nomina finali, 'Il-Fortifikazzjonijiet Maltin tal-Kavallieri ta' San Ġwann', tinkludi: il-Belt Valletta (li diġà tinsab irreġistrata fil-Lista tal-Wirt Dinji), il-Fortifikazzjonijiet tal-Port fuq in-naħa ta' Marsamxett, il-Fortifikazzjonijiet tal-Port fuq in-naħa tal-Port il-Kbir, il-Linji ta' Santa Margerita u l-Linji tal-Kottonera, l-Imdina u ċ-Ċittadella ta' Għawdex.

In-nomina tippreżenta każ qawwi għall-Valur Universali Eċċezzjonali tal-fortifikazzjonijiet Maltin, li issa se jiġu evalwati mill-Kumitat tal-Wirt Dinji, magħmul minn 21 membru. Jekk in-nomina tirnexxi, il-fortifikazzjonijiet elenkati jingħaqdu mal-Belt Valletta bħala parti minn Proprjetà tal-Wirt Dinji estiża. Dan l-approċċ isegwi l-preċedent li bih siti bħall-Imnajdra, Ħaġar Qim, Tarxien u Skorba ġew miżjuda mal-iskrizzjoni oriġinali ta' Ġgantija.

Id-dokument huwa sostnut minn kontribuzzjoni teknika estensiva minn istituzzjonijiet nazzjonali tal-wirt, fosthom is-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali, id-Direttorat tar-Restawr u l-Preservazzjoni, Heritage Malta, l-Awtorità tal-Ippjanar, il-Bibljoteka Nazzjonali ta' Malta, kif ukoll diversi stakeholders oħra.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow