Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI: Investiment minn Fondi Ewropej fl-inklużjoni u l-ugwaljanza permezz ta' Inspire

pr260163
Date Icon 30/01/2026


Il-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, Stefan Zrinzo Azzopardi, żar il-binja ta' Inspire Malta f'Marsaskala, organizzazzjoni ewlenija li tipprovdi servizzi edukattivi u terapewtiċi speċjalizzati għal tfal b'diżabilità, b'enfasi fuq intervent bikri, inklużjoni fl-edukazzjoni u parteċipazzjoni attiva fil-komunità.

Inspire għandha rekord twil ta' parteċipazzjoni f'programmi Ewropej ta' volontarjat, li jmur lura għall-European Voluntary Service (EVS) taħt il-Youth Programme, ikompli bl-Erasmus+, u llum permezz tal-European Solidarity Corps (ESC). Dan huwa riżultat tal-kapaċità tal-organizzazzjoni li tadatta għal qafas Ewropew li dejjem qed jevolvi, filwaqt li żżomm standards għoljin ta' kwalità fis-servizzi offruti. Permezz ta' dawn il-programmi, Inspire bbenefikat minn madwar €200,000 f'fondi Ewropej, li komplew isaħħu l-kapaċità tagħha li toffri servizzi inklużivi u ta' kwalità.

Matul iż-żjara, il-Ministru ltaqa' ma' bosta voluntiera tal-ESC li għandhom rwol kruċjali fi ħdan is-servizzi ta' Inspire. Dawn il-voluntiera huma integrati bis-sħiħ fil-programmi tal-organizzazzjoni u jaħdmu ta' kuljum flimkien ma' edukaturi, terapisti u tutors, b'responsabbiltajiet strutturati li jinkludu l-preparazzjoni u l-adattament tas-sessjonijiet skont il-bżonnijiet individwali, l-appoġġ waqt attivitajiet edukattivi u terapewtiċi, kif ukoll l-osservanza ta' standards professjonali.

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi qal li dan il-proġett juri b'mod ċar kif il-fondi Ewropej qed jissarrfu f'riżultati reali li jsaħħu l-inklużjoni u l-koeżjoni soċjali fil-livell komunitarju. “Permezz tal-European Solidarity Corps, qed nagħtu opportunitajiet lil żgħażagħ minn madwar l-Ewropa biex jikkontribwixxu b'mod attiv f'servizzi li jagħmlu differenza reali fil-ħajja ta' tfal b'diżabilità u l-familji tagħhom," qal il-Ministru, filwaqt li enfasizza li dawn l-inizjattivi jirriflettu l-valuri Ewropej ta' ugwaljanza, parteċipazzjoni u inklużjoni.

Huwa żied jgħid li l-involviment tal-voluntiera tal-ESC mhux biss isaħħaħ is-servizzi offruti minn Inspire, iżda jikkumplimenta wkoll l-investiment nazzjonali f'dan is-settur, filwaqt li jsaħħaħ id-dimensjoni Ewropea tas-servizzi inklużivi f'Malta.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta' Inspire, Antonello Gauci, spjega kif il-parteċipazzjoni fil-European Solidarity Corps tippermetti lill-organizzazzjoni tkompli toffri servizzi ta' kwalità għolja filwaqt li toħloq ambjent fejn il-voluntiera jiżviluppaw ħiliet professjonali, empatija u sens qawwi ta' responsabbiltà ċivika, b'benefiċċju dirett għat-tfal, il-familji u l-professjonisti involuti.

Il-Kap Eżekuttiv ta' EUPA Malta, Raphael Scerri, spjega kif proġetti bħal dawn juru l-importanza tal-fondi Ewropej meta dawn jiġu ġestiti b'mod effettiv u mmirati lejn inizjattivi li jħallu impatt pożittiv u sostenibbli fil-komunità.

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi temm iż-żjara billi tenna l-impenn tal-Gvern li jkompli jappoġġja inizjattivi li jsaħħu l-inklużjoni soċjali, il-kooperazzjoni Ewropea u l-użu strateġiku tal-fondi Ewropej għall-ġid tal-komunità kollha.

Ritratti (DOI/MFI)

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI: Investiment minn Fondi Ewropej fl-inklużjoni u l-ugwaljanza permezz ta' Inspire
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI: Investiment minn Fondi Ewropej fl-inklużjoni u l-ugwaljanza permezz ta' Inspire
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow