Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA Żewġ Ambaxxaturi residenti u Kummissarju Għoli mhux residenti ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

pr260146
Date Icon 29/01/2026

Żewġ Ambaxxaturi residenti u Kummissarju Għoli mhux residenti ppreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta' Malta, fil-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta.

Dawn huma:

L-Eċċellenza Tagħha Stella Bezirtzoglou, Ambaxxatriċi għar-Repubblika Ellenika,

L-Eċċellenza Tagħha Miriam Álvarez de la Rosa Rodríguez, Ambaxxatriċi għar-Renju ta' Spanja,

u

L-Eċċellenza Tagħha, Thandazile Penelope Mbuyisa Kummissarju Għoli għar-Renju tal-Eswatini

Matul il-laqgħa mal-Eċċellenza Tagħha, l-Ambaxxatriċi tal-Greċja esprimiet il-pjanijiet biex tissaħħaħ aktar il-kooperazzjoni bilaterali, b'mod partikolari, fl-oqsma kulturali.  Minn naħa tagħha, il-President tkellmet dwar l-importanza tas-solidarjetà fost stati li huma impenjati li jiddefendu d-dritt internazzjonali, b'enfasi fuq il-ħtieġa għal rikonoxximent akbar tal-isfidi li qed jiffaċċja r-reġjun tan-nofsinhar tal-Unjoni Ewropea, u l-isfidi fir-reġjun tal-Mediterran.

Minn naħa tagħha, l-Ambaxxatriċi għar-Renju ta' Spanja tkellmet dwar kif Malta u Spanja għandhom għeruq storiċi komuni, u enfasizzat li fil-preżent jaqsmu l-istess viżjoni favur il-promozzjoni tad-demokrazija u l-liġi internazzjonali fi żmien meta l-kumplessitajiet  u l-isfidi globali qed jiżdiedu.

Il-President ta' Malta laqgħet l-impenn sħiħ tal-Ambaxxatriċi biex iż-żewġ pajjiżi jibqgħu jaħdmu ħalli jkabbru s-sisien tar-relazzjonijiet bilaterali u wkoll ikun hemm politika Mediterranja aktar b'saħħitha. Irrikonoxxiet ukoll il-ħtieġa ta' kooperazzjoni f'fora internazzjonali, fosthom fin-Nazzjonijiet Uniti u fl-Unjoni Ewropea li tagħhom sew Spanja kif ukoll Malta huma membri. 

Il-Kummissarju Għoli tar-Renju tal-Eswatini semmiet kif pajjiżha huwa lest li jesplora opportunitajiet ta' kollaborazzjoni fil-qasam tan-negozju hekk kif il-pajjiż beda proċess ta' diversifikazzjoni kummerċjali li rat żieda fl-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea.

Minn naħa tagħha, l-Eċċellenza Tagħha għarfet li hemm opportunitajiet ta' kollaborazzjoni fl-oqsma tax-xjenza, edukazzjoni, turiżmu u skambji kulturali, kif ukoll kollaborazzjoni aktar mill-qrib f'fora internazzjonali fosthom fil-Commonwealth.

Il-President Spiteri Debono ferħet lill-Ambaxxaturi  għall-ħatra tagħhom.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA Żewġ Ambaxxaturi residenti u Kummissarju Għoli mhux residenti ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow