Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Titnieda għall-konsultazzjoni pubblika l-Istrateġija Nazzjonali għas-Sajd għal Malta 2026–2036

pr260141
Date Icon 28/01/2026

Il-Gvern b'viżjoni ċara għal futur sostenibbli tas-settur tas-sajd

Il-Ministru Anton Refalo u s-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said nedew għall-konsultazzjoni pubblika l-Istrateġija Nazzjonali għas-Sajd 2026–2036. L-istrateġija tipprovdi qafas nazzjonali fit-tul għall-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd matul l-għaxar snin li ġejjin, bil-għan li tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-settur, jiġu protetti l-ekosistemi marittimi u jiġu sostnuti l-komunitajiet tas-sajjieda.

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, Anton Refalo, qal “Din l-istrateġija tirrifletti l-viżjoni ċara tal-Gvern għal futur sostenibbli u reżiljenti tas-settur tas-sajd, li huwa parti essenzjali mill-identità, mill-ekonomija u mill-wirt kulturali ta' pajjiżna. L-istrateġija hija mibnija fuq il-prinċipju li ma jistax ikun hemm futur għas-sajd mingħajr baħar b'saħħtu, u fl-istess waqt ma jistax ikun hemm sostenibbiltà mingħajr ġustizzja soċjali u prospetti ta' għajxien diċenti għas-sajjieda tagħna."

Il-Ministru Refalo qal li permezz ta' din l-istrateġija qed jinvestu fis-sostenibbiltà, fit-tiġdid ġenerazzjonali, fl-infrastruttura u fit-taħriġ, sabiex jassiguraw li s-sajd jibqa' vijabbli u attraenti għaż-żgħażagħ. Huwa sostna li din il-viżjoni hija frott ta' djalogu kontinwu mas-sajjieda u mal-partijiet interessati kollha li se jkompli matul il-konsultazzjoni pubblika. “Il-Gvern jibqa' impenjat li jaħdem id f'id mal-komunitajiet tas-sajd sabiex din l-istrateġija tiġi implimentata b'mod effettiv għall-ġid tas-settur," temm jgħid il-Ministru.

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said qalet li l-istrateġija hija parti wkoll minn miżura tal-manifest elettorali tal-Gvern li bdiet ħidma dwarha b'konsultazzjoni wiesgħa mas-sajjieda, li minnha ħarġu diversi punti importanti u suġġerimenti li issa jagħmlu parti minn din l-istrateġija li qed titnieda għall-konsultazzjoni pubblika. Kompliet li din l-istrateġija tindirizza sfidi ewlenin tas-settur, fosthom is-sostenibbiltà u t-tiġdid ġenerazzjonali, filwaqt li tallinja mal-Viżjoni Malta 2050.

“Din l-istrateġija tpoġġi lis-sajjieda fiċ-ċentru tal-politika tas-sajd, filwaqt li tindirizza wkoll is-sostenibbiltà u l-innovazzjoni fis-settur. Bħala Gvern għarafna l-bżonn għal din l-istrateġija u sodisfatti li b'ħidma kontinwa wkoll mid-Dipartiment għas-Sajd u l-Akwakultura, wasalna biex innieduha għall-konsultazzjoni pubblika," sostniet is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said.

Id-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment għas-Sajd u l-Akwakultura, Bjorn Azzopardi, spjega li din l-istrateġija hija mibnija fuq proċess estensiv ta 37 laqgħa ta' konsultazzjoni mas-sajjieda minn portijiet differenti u li jistadu sajdiet differenti u li kompliet b'konsultazzjoni wiesgħa mal-Ministeri u entitajiet li b'xi mod imissu mas-settur tas-sajd. “L-istrateġija li qed nipproponu hija mibnija fuq erba' pilastri strateġiċi – is-sajd sostenibbli, it-tiġdid ġenerazzjonali, l-investiment fl-infrastruttura, u t-taħriġ tas-sajjieda. Minn dawn il-pilastri joħorġu 20 objettiv strateġiku u mhux inqas minn 86 miżura li se jiggwidaw l-iżvilupp tas-settur matul l-għaxar snin li ġejjin," spjega s-Sur Azzopardi.

Fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qed jiġu organizzati tliet laqgħat ta' konsultazzjoni pubblika f'partijiet differenti tal-gżejjer Maltin. Wieħed jista' jibgħat is-suġġerimenti tiegħu billi jżur: https://www.gov.mt/mt/publicconsultation/Pages/2026/NL-0002-2026.aspx

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Titnieda għall-konsultazzjoni pubblika l-Istrateġija Nazzjonali għas-Sajd għal Malta 2026–2036
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Titnieda għall-konsultazzjoni pubblika l-Istrateġija Nazzjonali għas-Sajd għal Malta 2026–2036
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Titnieda għall-konsultazzjoni pubblika l-Istrateġija Nazzjonali għas-Sajd għal Malta 2026–2036
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow